Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
30th September 
Il-Ministru ta’ l-Ambjent Francis Zammit Dimech  il-lejla beda l-ewwel minn sensiela ta’ laqghat ta’ konsultazzjoni b’ konnessjoni ma’ l-izvillupp li qed jithejja ghall-inhawi kollha tal-Kottenra. Hu ghamilha cara li fi kwalunkwe zvillupp li jsir jirdu jkunu rispettati il-karretterisitici storici ta’ dawk l-inhawi. 

Id-diskussjonijiet ta’ llum saru separatament ma ghadd ta’ Kunsilli Lokali fil-kottonera propju dwar dan il-kuntratt. Minn ghada ser jibdew id-diskussjonijiet ukollmal-konsorzja li wrew interess fil-progett ta’ Yacht Marina tul ix-xatt tal-Birgu.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-hsieb tal-Gvern hu li fil-Kottonera jwettaq progetti ta’ rignereazzjoni li jibbenfikaw lill-erbgha lokalitajiet koncernati. Filwaqt li ddeskriva  lil-Kottonera bhala gawhra storika, hu qal li l-mira ewleinja wara kull zvillupp ghandu jkun dak li jitjieb il-livell ta’ ghajxien tar-residenti  minghajr izda dawk l-inhawi jitilfu l-valur storiku taghhom u minghajr ma’ l-mollijiet u bini storiku jinghataw lil-privat b’ titolu ta’ propjeta.

Il-Minstru fakkar li l-pjani biex tinbena yacht marina fl- inhawi tal-Kottonera  ilhom li bdew minn qabel l-1996 b’ koordinazzjoni shiha ma’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar li ghandha d-dmir  tassigura li kull zvillupp li jsir ikun kompatibbli ma l-ambjent ta’ l-inhawi.

Fakkar ukoll fil-hidma li kient qieghda ssir biex ikun zvilluppat ghall-beneficcju tal-pubbliku fil-Bacir Nru 1 tat-Tarzna, kif ukoll fiz-zoghol ta’ rijabiliatazzjoni li kien beda jsir permezz tal-progett ghar-rijabilitazzjoni tal-Kottonera.

Il-Ministru Zammit Dimech spjega li l-hsieb tal-Gvern hu li mhux biss ikun zvilluppat ix-xatt, izda wkoll diversi inhawi ohra tal-Kottoner biex ikun hemm rigenerazzjoni socjali u ekonomija ta’ dik il-parti tal-gzira Maltija. Il-Ministru tenna li l-gvern se jsegwi f’ kull hin process ta’ konsultazzjoni ma’ kull min hu interessat biex b’hekk ikun assigurat li l-izvillupp li jsir ihalli l-gid mixtieq.