Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
30th September 
Bejn Nhar it-Tnejn 5 ta’ ottubru u l-10 u l- 11 ta’ Dicembru, mistennija li jsiru passi importanti hafna fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta biex tissieheb fl-Unjoni Ewropeja. Dan minhabba li nhar it-Tnejn tibda il-hidma tal-Geneeral Affaris Council ta’ l-Unjoni Ewropeja li jipprezenta ir-rapport preliminari dwar Malta kif ukoll tibda d-diskussjoni fi hdan il-kummissjoni u eventwalment tohrog id-decizjoni dwar ir-rijattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni Maltija. Dan johrog minn diskors li ghamel il-Vici Prim ministru u Ministru ta’ l-affarijiet Barranin il-Professur Guido De Marco waqt konferenza ta’ l-ahhbarijiet mal-wasla tieghu Malta minn zjarat li kellu fi Strasbourg u New York.

Il-Vici Prim ministru elenka il-laqghat li kellu tul din iz-zjara. 

Wahda minn dawn il-laqghat kienet ma’ Hans Van Den Broek Kumissarju responsabbli mit-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropeja. Il-Professur De Marco sahaq li huwa sostna l-appogg li dejjem inghatat l-applikazzjoni Maltija ghas-shubija fl-Unjoni Ewropeja. Il-Vici Prim minstru  enfasizza li Malta ghandu jkun involut fit-tkabbir li jmiss.Barra minn hekk huwa sostna li ghandu jigi salvagwardjat l-impenn li kien hemm fir-rigward  ta’ Malta ghandhom jibdew in-negozjati wara sitt xhur mit-tmiem ta’ l-IGC. 

Hans Van De Broek sostna li pajjizna ghandu jkun Fast on Track biex pajjizna jkun on the Fast Track  

Il-Professur De Marco kellu wkoll laqghat mal- Ministri ta’ l-affarijiet barranin tal- Grecja , il-Portugal, il-Lusemburgu, l-Olanda u l-Irlanda. 

Fi Strasbourg huwa akkumpanja lill-President ta’ Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici fil-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-Vici Prim Ministru tkellem dwar il-laqghat li kellu. Wahda minn dawn il-laqghat kient mas-Segretarju Generali Daniel Tarchysis. F’ din il-laqgha giet diskussa il-pozizzjoni ta’ Malta fi hdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa.

Il-Vici Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-laqgha li kellu mas-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda Kofi Anan. Fejn hemmhekk saret id-diskussjoni dwar l-izvillup u r-rwol ta’ Malta fi had l-Unjoni Ewropeja. Il-Vici Prim Ministru ghamel ukoll acenn ghad-diskors li ghamel fl-assemblea generali tal-Gnus Maghquda.