![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 30th September |
| L-intricci, fosthom dak
li jkun eliminat l-Asssistent Personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia
Caruana kienu bdew jinkixfu wara semplici mossa li ghamel ragel li kien
mizmum ghall-interrogazzjoni fid-Depot meta neza’ z-zarbun. Din il-mossa
wasslet biex tindika persuna li aktar tard ghenet fl-investigazzjonijiet.
Dan kollu rrizulta mix-xhieda li ta l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami l-bierah fil-Guri ta’ Ian Farrugia ta’ 25 sena minn Santa Venera li qed jiffaccja l-akkuza ta’ attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana fit-18 ta’ Novembru 1994. Eddie Fenech Adami kien xhud ewlieni f’dan il-Guri li mix-xhieda tieghu irrizulta wkoll l-involviment ta’ Joseph Fenech maghruf bhala Zeppi l-Hafi u Meinrad Calleja iben l-ex-Kmandant tal-Forzi Armati, Maurice Calleja. Mix-xhieda ta’ Eddie Fenech Adami rrizulta wkoll li kmieni fl-1995 meta l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu ghaddejjin bit-tama li jintefa’ dawl fuq il-mottiv ghall-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana, wiehed minn fost hafna li kienu nterrogati staqsa ghaliex kien qed jispiscca jingabar dejjem hu mill-Pulizija. Fid-Depot, wasqt li kien mizmum ghall-interrogazzjoni halef li hu ma kellux x’jaqsam izda l-Pulizija kellha tfittex lil xi hadd iehor. F’dan il-hin neza z-zarbun. Ghall-Kummissarju tal-Pulizija dik il-mossa kienet tfisser hafna u fehem li setghet qed issir biex timplika lil Joseph Fenech, maghruf bhala Zeppi l-Hafi li f’Dicembru 1993 kien inqabad flimkien ma’ Clarissa Cachia – bint l-ex Briga-dier Maurice Calleja – b’kilo droga kokaina fil-karozza taghhom. Minhabba s-sejba ta’ droga fil-pussess ta’ Cachia, missierha sab ruhu f’qaghda imbarazzanti. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami tkellem mieghu dwar decizjoni li ried jiehu. Muarice Calleja kien irrezenja minn Kmandant tal-Forzi Armati minhabba l-kaz ta’ bintu. Sena ezatt wara r-rizenja tieghu fit-18 ta’ Dicembru 1994, Richard Cachia Caruana kien attakkat brutalment hu u hiereg mill-karrozza tieghu hdejn ir-residenza tieghu fl-Imdina. Il-mossa fid-Depot, l-insufficjenza ta’ provi ghall-Pulizija, il-persistenza ta’ Eddie Fenech Adami biex tkellem lil Zeppi l-Hafi, biex jghidlu li jaf biex jipperswadih jixhed u jghid il-verita’ kollha wasslet lil Zeppi l-Hafi jirrealizza li ma kellu l-ebda triq ghajr li jghid il-verita’. L-arrent ta’ Carmelt Attard maghruf bhala z-Zambi, wasslu biex jibghat hu wkoll ghall-Prim Ministru u mieghu jammetti li kien hu li ta d-daqqa ta’ sikkina lil Richard Cachia Caruana – minghajr biss ma kien jafu. Kien minghalih qed jelimina Taljan tal-Mafja, ghax hekk kienu qalulu. Kien Carmel Mallia li semma’ l-involviment ta’ meinrad Calleja, it-tifel tal-Brigadier Calleja. Min-naha tieghum Ian Farrugia li skond ix-xhieda ta’ Fenech Adami l-bierah, mal-pulizija dan ukoll kien ammetta l-involviment tieghu fil-kaz ta’ l-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana, qed jiffaccja akkuza li ggorr maghha piena ta’ 20 sena habs massimu. |