![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 29th September |
| Il-Ministru ta' l-Intern
jindirizza lill-haddiema ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar
Meta kien qed jindirizza lill-haddiema ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar, il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg , li tahtu taqgha wkoll ir-responsabilita ta' l-Awtorita ta'l-Ippjanar sostna li issa li ninsabu fis-sitt sena tal-hajja ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar jistgha jsir ezami ta' dak kollu li gara, ta' l-Inzul u t-Tlajja u wiehed jgharbel ftit is-sitwazzjoni biex naraw ghalhiex in-nies jikkritikaw l-Awtorita ta' l-Ippjanar. Wiehed ghandu jistaqsi fiex wasal ix-xoghol fuq il-local plans li s' issa gie approvat wiehed u meta ser titlesta ir-revizjoni tal-Pjan ta' struttura. Dawn m'humiex domandi kapriccuzi izda domandi legittimi. Dr. Tonio Borg sostna li l-GVERN ghandu kuntratt ma' l-Elettorat Malti. Dik li filwaqt l-Awtorita qeghda hemm u se tibqa hemm ghandha issir revizjoni shiha ta' l-istruttura taghha; issir zabra tal-burokrazijal u issir revizjoni tal-pjani lokali u tal- pjani ta' struttura. Ser issir il-konsultazzjonji mehtiega. Din tistgha tiehu diversi forom. Laqghat ma' ghadiet, assocjazzjonijiet li ghandhom interess dirett fil-qasam ta' l-Ambjent, l-ippjanar u l-kostruzzjoni. Huwa sostna li dan huwa zmien importanti ghall-Awtorita ta' l-Ippjanar fejn il-poplu esprima il-fehma li l-Awtorita ghandha tibqa izda m'ghandhiex tibqa kif inhi. Il-Ministru Borg sostna li wiehed ghandu jistaqsi jekk wasalx il-waqt ghall-konferenza Nazzjonali dwar l-Awtorita ta' l-Ippjanar. Huwa qal li jixtieq li fl-Awtorita ta' l-ippjanar jixtieq li titkisser l-idea in parti immaginarja izda f' partijiet minnhom vera wkoll illi l-Awtorita tindahal f'kollox. Huwa sostna li ma jistgha jkun li jkollna Awtorita li tiffissa fl-irqaqat u d-dettalji, u irid jintwera aktar rispett lejn kull min jigi f' kuntatt ma' l-Awtorita. Il-Ministru Borg sahaq li L-Awtorita ghandha taghmel l-Almu kollu taghha sabiex l-affarijiet isiru sew u sabiex ma tigi qatt akkuzata li mhux qed timxi ma kullhadd l-istess. Il-Ministru Borg sostna li
hadd m'ghandu jistenna l-ebda tip ta' protezzjoni meta z-zelqiet u l-izbalji
ikunu gejjin minn interessi ulterjur u mhux dawk umani huwa fakkar ukoll
li l-Awtorita jkollha rwol x' tilghab fil-holqien tal-gid.
|