![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 29th September |
| Talbiet tal-GWU dwar
ftehim kollettiv tas-servizz pubbliku
Il-General Workers Union qieghda titlob li dawk il-beneficcji diga misuba mill-haddiema tal-Gvern fit-tahdidiet li saru s'issa dwar il-ftehim kollettiv tas-servizz pubbliku ghandhom jidhlu fis-sehh mill-aktar fis u dan irrelevanti minn jekk ikunx hemm qbil finali fuq il-ftehim kollettiv kollu kemm hu. Delegazzjoni tal-GWU ghamlet insistenza fuq din it-talba f'laqgha li kollha llum filghodu ma Joe R. Grima is-Segretarju Permanenti fl-Ufficju tal-Prim Ministru. Id-delegazzjoni tal-GWU li kienet immexxiha minn Mario Cutajar is-Segretarju tat-Taqsima Servizzi Pubblici tal-Union, qalet lis-Segretarju Permanenti li t-tahdidiet dwar il-ftehim kollettiv tas-Servizz pubbliku ilhom sejrin xhur shah u kien biss ghadd ta' gimghat ilu li l-GVERN baghat lill-Unions abozz ta' dan il-ftehim. Dan l-abbozz fih diversi beneficcji li l-GWU ilha titlobhom zmien twil u ghallhekk la darba gew acettati mill-Gvern dawn il-beneficcji ghandhom jidhlu fis-sehh fl-iqsar zmien possibli. Fost dawn il-benficcji ta' min isemmi zieda fil-granet tas-Sick Leave ghal dawk il-kategoriji ta' haddiema li ghandhom inqas granet minn kategoriji ohra ta' haddiema fis-servizz pubbliku, u l-facilita li persentagg mis-Sick Leave mhux utilizzat f' sena partikolari jkun jistgha jigi akkumulat ghas-snin ta' wara u jigi utilizzat f' kazi ta' mard fit-tul. Hemm kundizzjonijiet ohra
bhallReduced hours u r-responsibility break.
|