![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 29th September |
| Hidma intensiva mill-Pulizija
tat-Taqsima ta' Kontra d-Droga
Hidma intensiva mill-Pulizija tat-Taqsima ta' Kontra d-Droga, immexxija mill-Ispettur Sandro Gatt, wasslet sabiex l-istess taqsima l-bierah wara nofsinhar tarresta zewg zghazagh li kienu qed jabbuzaw mid-droga eroina. Il-Pulizija kienet ghal dawn l-ahhar jiem tosserva l-passi ta' zghazagh li kienu qed ikunu ta' spiss hdejn residenza privata fir-Rabat. Dan l-isharrig wassal sabiex il-bierah ghal habta tas-1.30 pm, jigu arrestati zewg sghazagh, wiehed ta' 22 sena u iehor ta' 27 sena, it-tnejn mir-Rabat ukoll. F'dan il-hin il-Pulizija nnotaw lil wiehed miz-zghazagh jarmi diversi pakketti ma' l-art. Malli raw hekk, huma waqqfu lil dan iz-zghazugh u mill-analizi li sar fuq il-post irrizulta li l-pakketti kien fihom id-droga eroina. Il-Pulizija minnufih arrestaw lil dan iz-zghazugh. Dan wassal sabiex jigi arrestat iz-zaghzugh iehor. L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Sandro Gatt, that is-supervizjoni ta' l-Assistant Kummissarju Michael Cassar. L-Ispettur Gatt mistenni
jressaq lil dawn iz-zewg zghaszagh il-Qorti fil-jiem li gejjin.
|