Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
29th September 
Il-Mexxej Laburista jifrah lill-Partit Socjal Demokratiku Germaniz 

Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant f'ismu u f'isem il-Partit Laburista ferah lill-Partit Socjal Demokratiku Germaniz ghar-rebha storika li dan il-partit kiseb fl-elezzjonijiet ta' nhar il-Hadd.

Dr Sant qal li l-Ewropej se jharsu lejn ir-rebha tas-Socjali Demokratici fil-Germanja bhala affirmazzjoni li s-socjali demokrazija hija l-aqwa mod li biha socjetajiet demokratici jistghu jimmordernizzaw is-sistemi politici u ekonomici taghhom.  Fl-istess hin li jsir dan tkun garnatita bazi soda ghall-harsien u t-tkabbir tal-gustizzja socjali vera.

Fil-waqt  li qal li l-partit Laburista dejjem ghozz ir-rabtiet b'sahhithom mas-Socjali Demokratici Germanizi, Dr Sant qal li jhossu zgur li fis-snin li gejjin dawn ir-rabtiet se jissahhu.