Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
29th September 
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ikompli bil-laqghat

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco il-bierah filghodu kompla bl-inkontri tieghu ma' izjed Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-regjun tal-Mediterran.

Mal-Ministru M. Said Ben Mustapha tat-Tunezija u mal-Ministru Abdul Illah el-Khatib tal-Godan, il-Vici. Prim Ministru ddiskuta r-relazzjonijiet bilaterali u kif dawn jistghu ikomplu jissahhu.  Ir-regjun tal-Mediterran u partikolarment il-process Euro-Mediterranju kienu fost temi importanti li gew diskussi f'dawn il-laqghat.

Laqghat tal-Professur de Marco kienu mal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Andorra, Albert Pintat u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ungarija, Dr Janos Martonyi, li maghhom gew diskussi r-relazzjonijiet ta' natura bilaterali kif ukoll giet spjegata l-posizzjoni li qed jiehu l-Gvern Malti fir-relazzjonijiet tieghu ma' l-Unjoni Europea.

Wara li gie ntrodott lill-Kardinal ta' New York John O'Connor il-Hadd filghodu fil-Katidral ta' St Patrick's, il-Vici Prim Ministru kien il-mistieden specjali fl-okkazjoni ta' ftuh ta' wirja ta' xogholijiet artistici li jfakkru  l-prezenza ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann f'Malta.

Dawn ix-xogholijiet li jinsabu ghall-wirja f'Piermont fl-Istat ta' New York, huma frott inizjattiva tal-Arkitett Daniel Vella.  Jilqghu l-Vici Prim Ministru, minbarra l-Arkitett Vella kien hemm is-Sindku u dinjitarji ohra ta' Piermont.

Filghaxija l-Professur de marco attenda riceviment moghti mill-President ta' Awtorita Plaestinjana Yasser Arafat.  Il-Vici Prim Ministru Malti gie milqugh mill-President Arafat li esprima l-ferh tieghu li l-Professur de Marco rega assuma r-responsabilitajiet ta' Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u esprima s-sodisfazzjoni tieghu ghall-appogg kostanti li l-Professur de Marco dejjem ta lill-kawza Palestinjana.

Iktar tard il-Hadd filghaxija, il-Vici Prim Ministru kellu jkollu aktar laqghat ma Ministri ta' l-Affarijiet Barranin fosthom dawk ta' l-Egittu, Cipru u Gamaika.