![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 28th September |
| Il-Partit Laburista jitkellem
dwar l-Edukazzjoni
Fi stqarrija Evarist Bartolo, f' isem il-Partit laburista awgura sena skolastika mill-aqwa lill-Istudenti, lill-ghalliema, lill-kapijiet u lil dawk kollha li jahdmu fl-iskejjel ta' Malta u Ghawdex. Il-Partit Laburista sahaq li li jittama li matul is-sena li gejja jkomplu jitrangaw l-iskejjel u jigu msebbha. Il-Partit Laburista jistenna li jitlesta x-xoghol fuq it-tigdid tal-kurikulu nazzjonali. Il-Partit Laburista huwa favur li tkompli tissahhah l-edukazzjoni inklussiva li permezz taghha studenti b'dizabilita u studenti bi problemi biex jitghallmu jinghataw l-opportunitajiet kollha biex igawdu mil-edukazzjoni u ma jaqghux lura. Il-Partit Laburista jawgura li jkomplu l-inzjattivi li nbdew mill-gvern Laburista biex ikun hemm titjib fil-kwalita ta' l-edukazzjoni f'kull livell, li tkompli l-kampanja favur il-qari u jkompli l-impenn biex jitjiebu l-livelli tal-Malti u ta' l-Ingliz fl-iskejjel. Il-Partit Laburista jittama li jkompli l-programm favur aktar xjenza u teknologija fl-iskejjel biex it-tfal u z-zghazagh Maltin u Ghawdxin jinghataw edukazzjoni li tippreparhom tajjeb biex jiffaccjaw l-isfidi tas-seklu 21. |