Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
28th September 
Il-Partit Laburista huwa Partit Kbir u Forza Politika Kbira 

Il-Partit laburista huwa partit kbir u forza politika kbira fil-pajjiz forza politika li ser turi t-triq 'il quddiem ghall-maltin u l-Ghawdxin kollha. 

Dan qalu il-Mexxej Laburista Dr. Alfred Sant meta ilbeirah kien qed jindirizza Mass Meeting organizzat mill-Partit Laburista il-Hamrun.

Dr. Sant qal li l-ghajta ghall-kunsens hija l-akbar sinjal li l-Partit Nazzjonalista sab l-iebes quddiemu. Dr. Sant qal li min jahseb li l-Partit Laburista ser jilhaq xi forma ta' kunsens mal-Partit Nazzjonalista qed jizbalja. Il-Konsensus isir biss skond il-politika Laburista. Dan ma hux se jsir b'pika izda ghax il-politka Laburista hija l-aqwa ghal pajjizna. Dr. Sant fakkar mill-oppozizzjoni l-Partit Nazzjonalista stenna li l-gvern Laburista jaddotta l-politka tieghu. 

Dr. Sant qal li l-Partit Laburista ser jibqa dejjem lest li jghid il-verita biex jipprotegi lill-pajjiz u l-interessi tan-nies tax-xoghol; tal-haddiema ta' l-id kif ukoll tal-pinna, ta' dawk li jaqilghu 
l-ghajxien taghhom kif ukoll tal-pensjonanti. Huwa qal li jekk il-Partit Laburisa jinza din il-libsa ma jibqax jissemma bhala l-Partit tal-Haddiema. 

Il-Mexxej Laburista Kompla jghid li l-Gvern Laburista mil-bidu nett qal li ma kienx lest joqghod ghar-rikatti u bl-aktar mod sod wera li mhux ser joqghod ghal dan. Dr. Sant qal li Hadd u Hadd mhu ser jirrikatta lill-Partit Laburista - li kemm il-darma saret referenza ghalih bhala l-Partit tal-Haddiema. 

Dr. Alfred Sant sostna li l-Partit Laburista se jkun qieghed jahdem biex ma tergax tirbah il-politika ta'l-ingann li mexa biha il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni li ghaddiet.

Dr. Sant esprima l-fiducja tieghu li t-triq li ghandu quddiemu l-Partit Laburista hija inqas difficli minn jemm tidher u f' pajjizna dal-waqt ikun hawn maggoranza gdida wara l-Partit Laburista. Il-Partit Laburista ma jistax jdur kontra taghhom izda jrid jispjegalhom x' ried jaghmel u jheggighom jerghu jinghaqdu mieghu. Il-Mexxej Laburista sahaq li l-Partit Nazzjonalista ma kienx kapaci joffri lil pajjizna kabinett gdid u mexa bl-ghagla biex jara fejn se jaghti villa lill-Dom Mintoff fil-waqt li fuq affarijiet ohra mexa bil-mod. 

Dr. Alfred Sant qal li minkejja li fil-programm elettroali tieghu li l-Partit Nazzjonalista wieghed stipendji shah lill-istudenti, issa qed jghid li mhux veruli ghamel din il-weghda, u se jistudja kif jistghu jzidu xi ftit l-istipendji. 

Dr. Sant qal li l-ewwel granet ta' gvern Nazzjonlista diga wrerw li m' hemm l-ebda kontroll fuq l-gholi tal-hajja. Tnehhiet il-hamsin centezmu fuq il-medicini izda l-ammont tal-medicini naqas.

Dwar il-politika tieghu rigward l-Unjoni Ewropeja, il-Mexxej Laburista qal li pajjizna jrid jkollu l-aqwa rabtiet mal-Unjoni Ewropeja. Madankollu l-Partit Laburista ser jibqa jsostni l-pozizzjoni tieghu li shubija fl-Unjoni Ewropea mhijiex l-ahjar triq ghall-pajjizna. 

Dr. Sant qal li l-Progett ta' Malta moderna ghadu hemm. Illum dan twaqqaf, darb' ohra jibqa ghaddej. 

Zewg nominazzjonijiet ghal hatra ta' deputat mexxej ghall-affarijiet tal-parlament u erba nomini ghall-hatra ta' deputat mexxej Laburista ghall-affarijiet tal-Partit.

Kien hemm zewg nominazzjonijiet ghal hatra ta' deputat mexxej ghall-affarijiet tal-parlament u erba nomini ghall-hatra ta' deputat mexxej Laburista ghall-affarijiet tal-Partit. In-nominazzjoniet fethu nhar il-Gimgha 25 ta Seetembruu ghalqu illum f' nofs in-nhar.

IN-nomini ghall-hatra ta' deputat mexxej ghal-affarijiet tal-parlament huma :-

Dr. George Vella li kien Propost minn Micheal Cohen u sekondat minn Joseph Muscat, u Dr. Anglu Farrugia propost minn Edward Develis u Doris Mamo. 

In-nomini ghall-hatra ta' deputat mexxej Laburista ghall-affarijet tal-Partit huma:

Joe Debono Grech li kien propost minn John Bonaci u sekondat minn Joe Pulis.

Myriam Spitieri Debono nominata minn Gidi Gauci u Carmelo Kitcher.

Emmanuel Cuschieri nominat minn Salvu Seychell u sekondat minn Alfred Vassallo U

Dr. Joe Brincat li kien nominat minn Joseph Mangani u sekondat minn Pauline miceli.

Il-Konferenza Generali Straordinarja ghall-hatra tad-deputati mexxejja se ssir nhar il-Gimgha 2 ta' Ottubru fis-sitta w nofs fis-sala tal-Konferenzi tac-centru Nazzjonali Laburista. Jibda il-guri relatat ma' l-Attentat fuq l-Assistant Persoanli tal-Prim 
Ministru