![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 26th September |
| Alfred Sant gie ikkonfermat
Mexxej tal- Partit Laburista
Dr. Alfred Sant gie ikkonfermat Mexxej tal-Partit Laburista meta ilbierah saret il-Konferenza Generali tal-Partit Laburista gewwa ic-Centru Nazzjonali Laburista il-Hamrun. 98.4 tad-delegati prezenti, li kienu 810 b'kollox, ivvutaw favur il-konferma ta' Dr Alfred Sant. Filfatt minn dawn kien hemm 803 vot validu, erbgha Invalidi u Tliet Astensjonijiet. Mill-Voti Validi 790 kienu favur li Alfred Sant jibqa Mexxej laburista. Sadanittant f'diskors li ghamel Dr. Alfred Sant sahaq li l-Oppozizjoni Laburista m'hi ser taccetta qatt u bl-ebda mod li tilhaq xi tip ta' konsensus fuq materji diversi mal-Gvern Nazzjonalista. Huwa sostna li jekk hemm xi hadd li jrid konsensus man-Nazzjonalisti ghandu jitlaq mill-Partit Laburista u jmur man-Nazzjonalisti. Dr. Sant qal li wara li l-politika Laburista bdiet taghti l-frott u tressqu l-quddiem ghadd ta' progetti, bdew mill-ewwel il-kukkanji kemm internament kif ukoll mill-Partit Laburista. Huwa sostna li dawn il-kukkanji gew minn deputat laburista li Dr. Sant ma riedx li jsri Ministru u minn nies li ppretendew li jsemmghu xi idea u riedu li din l-idea tigi attwata akkost ta' kollox, anke jekk ma tkunx diskussa fil-Konferenza Generali. Il-Mexxej Laburista qal li huwa qatt ma accetta li jkun hemm rikatti. B'referenza ghall-perit Dom
Mintoff huwa qal li l-Gvern ma setax jahdem bih. Dr. Sant qal li l-ikbar
zball tal-Gvern Laburista kien it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Biex il-pajjiz
ma jaqax f' hondoq ittiehdu decizjonijiet li ma gewx mixtura bizzejjed.
Tkellem dwar kif ser tahdem
|