Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
26th September 
Appogg mill-Italja ghar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni Maltija

Il-Gvern Taljan mistenni li jaghti l-appogg tieghu lill-Pajjizna invista tat-talba ta' Malta biex din tissieheb mill-gdid fl-unjoni Ewropea. 

Dan hareg minn laqgha li l-Prim Ministru Malti kellu mal- Prim Ministru Taljan Romano Prodi. 

Huwa mifhum, anke mill-kummenti li ta' il-Prim Ministru Malti mal-Wasla tieghu mill-Italja, li it-tahdidiet li kellu huma konferma tar-relazzjonjiet tajba li tgawdi Malta fi hdan l-unjoni Ewropeja. Kienet ukoll konferma li Malta ser tergha titpogga fil-pozizzjoni li kienet sentejn ilu meta kienet miexja 'l quddiem fil-process 
tas-shubija.

Eddie Fenech Adami qal li l-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjoni tieghu ghall-pozizzjoni li hadet Malta li reghet qabdet it-triq ghas-shubija fl-Unjoni Ewropeja. 

Minn naha tieghu il-Prim ministru Taljan regha accerta lill-Prim ministru Malti mill-appogg shih li l-Gvern Taljan ser jaghti ill-pajjizna biex it-talba Maltija timxi anke l' quddiem b' interventi ta' pajjizi ohra. 

Suggett iehor diskuss matul il-laqgha tal-bierah kien il-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja li ser jiskadi fis-Sena 2,000.  l-Prim ministru Eddie Fenech Adami qal li s-sena d-diehla mistenni li jibdew in-negozjati biex jidhol fis-sehh il-hames Protokoll finazjarju. 

Eddie Fenech Adami qal ukoll li kienet diskussa l-possibilita dwar ftehim ta' Protokoll iehor fil-qasam kulturali ma dak li diga hemm.

Kienu diskussi wkoll materji ohra li jolqtu mill-qrib  liz-zewg pajjizi weghdu li z-zewg Gvernijiet ser ikomplu jahdmu u jikkoperaw ghall-Vantagg taz-Zewg Pajjizi.