![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 25th September |
| Lawrence Gonzi dwar il-hidma
fil-Ministeru tieghu
Il-Mira principali tal-Gvern gdid Nazzjonalista hi li l-Ministeru li jaghtu kaz in-nies u l-persuni li ssir hidma maghhom jibqghu jkunu trattati bhala persuni u mhux isiru semplici numri jew files. Dr. Lawrence Gonzi, il-Ministru tal-Politika Socjali qal dan meta iltaqa mad-diretturi u l-ufficjali ezekuttivi ewlenin u l-ufficjali ezekuttivi ewlenin ta’ 12 il-dipartiment li jaqghu that ir-responsabilita tal-Minsteru. Prezenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici. Dr. Lawrence Gonzi ta’ harsa generali lejn il-politika u l-objettivi ta’ l-amministrazzjoni l-gdida fil-qasam tal-politika socjali nkluz il-qasam tad-djar. Dr. Gonzi wera x-xewqa li dawk prezenti jaghmlu sforz biex lill-haddiema kollha li jaqghu that ir-responsabilita taghhom ikunu nvoluti f’ dan it-tip ta’ hsieb u b’hekk huma wkoll ihossuhom parti mportanti mill-esperjenza. Wiehed mis-suggerimenti li sar kien li jinholoq metodu li permezz tieghu l-haddiema li jaqgvhu that ir-responsabilita tal-Ministeru jkollhom l-opportunita li jressqu l-ideat u s-suggerimenti taghhom dwar ix-xoghol involuti fih. Tkellem ukoll dwar il-prijoritajiet immedjati li jehtieg azzjoni mmedjata. Fost l-ohrajn semma l-htiega li jinstabu metodi kif tista titjieb il-komunikazzjoni mal-klijenti tal-Minsteru u fl-istess hin il-kapijiet tad-dipartimenti jkollhom iz-zmien biex iwettqu hidmiethom. Lawrence Gonzi wera li hija x-xewqa tal-gvern hi li jkun f’pozizzjoni tajba li jwiegeb ghall-ilmenti tan-nies bi spjegazzjoni cara li tinghata ghat-talbiet taghhom. |