Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
25th September 
Il-President jindirizza il-Kunsill ta’ l-Ewropa

Il-President ta’ Malta Ugo Mifsud Bonnici ppropona hidma intensiva mil-Kunsill ta’ l-Ewropa biex il-pajjizi Afrikani jinghataw ghajnuna fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u l-kultura kif ukoll biex ikun hemm idea bazika tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt tal-ligi, id-demokrazija, il-liberta’ u l-pluralizmu.

L-appell tal-President Malti sar f’diskors li ghamel il-bierah fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa fi Strasbourg.  Hu qal li r-realtajiet li jezistu fl-Afrika huma sfida kbira ghall-Ewropa.

Dan il-kontinent ma jistax jithalla  bil-problemi tieghu.  Il-problemi mhux se jibqghu hemmhekk izda f’xi zmien  jew iehor se jilqghu wkoll lill-pajjizi Ewropej.  Wiehed jista’ jahseb li l-problemi ta’ dawn il-pajjizi huma strettament ekonomici u ghalhekk barra mill-gurisdizzjoni tal-Kunsill.

L-isfida li ghandhom il-pajjizi Ewropej, fisser il-President ta’ Malta, hi li jipprovdi l-akbar kollaborazzjoni possibli ghal zvilupp vera tal-kontinent Afrikan.

Il-Presidnet ugo Mifsud Bonnici qal li l-bzonnijiet ghall-izvilupp ta’ l-Afrika ghandhom jikkoncernaw anke lill-Ewropej.  Hu fl-interess ta’ l-Ewropa li l-Afrika taghmel progress ekonomiku u socjali.  Hemm bzonnijiet li jridu jkunu sodisfatti u strutturi x’jitwaqqfu.  L-Ewropa ghandha l-potenzjal biex tassisti fl-izvilupp ta’ dawn l-istrutturi.

IL-President Malti tkellem dwar l-esperjenza ta’ pajjizna tul is-sekli.  Hu qal li l-poplu Malti jemmen b’qawwa fuq is-sahha tad-dieterminazzjoni.  It-tbatija li sofra mill-gwerer u mid-dominju tal-barrani sahhew il-kburija tal-kisbiet li ghamel pajjizna.  Il-poplu Malti tghallem ukoll l-importanza li jilqa’ u jomghod il-lezzjonijiet li jigu minn barra.  Minbarra li hu kburi bl-indipendenza tieghu, il-poplu Malti qatt ma rabba fih lanqas l-icken hjiel ta’ mibeghda lejn gnus ohra u fehem kemm jista’ jibbenifika mill-kummerc kulturali ma’ popli ohrajn.

Bhala Ewropej hu d-dmir taghna li naqsmu ma’ haddiehor u m’ghandu jkun hemm l-ebda biza’ fl-ghoti ta’ assistenza.

Ugo Mifsud Bonnici temm jappella biex il-Kunsill ta’ l-Ewropa jiehu l-inizjattiva fil-process tat-tqassim tal-gid u ta’ l-gherf.