Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
25th September 
Operazzjoni minhabba ix-Xita

Ghall-habta tas-7.00pm id-depot tal-Pulizija informa lic-centru ta’ l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ malta li minhabba maltemp li qed jahkem il-gzejjer Maltin, qed tintalab assitenza fil-Limiti ta’ B’Kara, Pembroke, Msida u Sa Maison.

Immedjatament bdiet operazzjoni ta’ Salvatagg fejn intbaghtu suldati biex jaghtu assistenza fl-Evakwazzjoni ta’ persuni maqbuda fil-Veturi taghhom, u jirmunkaw  karozzi weqfin.  Intbaghtu suldati biex jaghtu assistenza wkoll fi djar u fabbriki.

L-operazzjoni giet ko-ordinatamill-istess centru ta’ l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta.