![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 25th September |
| Alternattiva Demokratika
dwar ir-Referendum
Filwaqt li Alternattiva Demokratika tinnota b’sodisfazzjon li l-ligi dwar ir-referendum abrogattiv giet fis-sehh u tqis dan bhala zvilupp pozittiv fil-mixja demokratika tal-pajjiz issostni li: Referendum Abrogattiv jaghti d-dritt li jitnehhew ligijiet jew partijiet mill-ligijiet Biss minghajr il-possibilita’ li tigi proposta legislazzjoni jew azzjoni dwar temi partikolari. Ghalhekk Altrnattiva Demokratika tishaq li biex titwessa’ d-demokrazija f’pajjizna l-gvern ghandu jfittex jdahhal legislazzjoni biex l-pubbliku jinghata dritt biex permezz ta’ inizjattiva popolari isiru Referenda fuq temi u Suggetti li l-pubbliku ihoss li ghandhom jitqeghdu fuq l-agenda tal-pajjiz. Il-pubbliku ghandu jinghata d-dritt li jipproponi ukoll. Kif inhi s-sitwazzjoni ligislattiva bhalissa Referenda Propozittivi mhux possibbli li jissejhu, dan huwa nuqqas li ghandu jigi rrimedjat. Jekk l-pubbiku huwa fdat li jeleggi parlament u membri parlamentari li jmexxu l-pajjiz bit-tajjeb u l-hazin taghhom ghandu jigi fdat biex jiehu inizjattivi referendarji fuq temi li jhoss li huma importanti. Pass bhal dan zgur li jwassal biex il-pubbliku ihoss li ghandu sehem importanti u dirett fit-tmexxija u d-direzzjoni tal-pajjiz. |