Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
25th September 
Rapporti dwar l-esplorazzjoni taz-zejt

Wara r-rapporti li kien hemm dwar l-esplorazzjoni taz-zejt u l-pozizzjoni attwali tal-progett ghat-tfittix ghaz-zejt f’ Kercem Ghawdex. 

Il-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami kkonferma li nstabu tracci ta’ zejt fil-BIR msejjeh bhala Madonna taz-Zejt, izda minkejja li nstabu tracci ma jfissirx li nstab zejt. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami sostna li l-konsulenti tieghu dejjem sahqu li qabel ma jinstab iz-zejt u jkunu instabu tracci biss taz-zejt  Il-Prim Ministru sostna li kienu instabu tracci taz-zejt fi bjar ohra bhall-MSA, Home 1. U f’ Alexia 2. Dawn il-bjar ma rrendewx zejt.

Il-Prim Ministru kien qal li nhar it-22 ta’ Awwissu 1998, meta l-bir kien thaffer sa 4,000 metru – illi ma kienx instab zejt, ghallkemmm il-Gvern Laburista ta’ dak in-nhar kie kien qed jipprova jaghti din l-impressjoni matul il-kampanja elettorali. Dak li intqal dak in-nhar ghadu jghodd illum meta l-bir hu mhaffar sa’ 5180 metru .

Il-Prim Ministru sostna illi wiehed jittama illi dan il-progett ikun ta’ success, pero wiehed irid jistenna li jitlesta t-thaffir. 

Minkejja li qabel l-elezzjoni Eddie Fenech Adami kien jghid f’Ghawdex ma hemmx zejt, illum l-istess Fenech Adami ordna li t-thaffir jinzel aktar fil-fond u issa qed jghid li hemm indikazzjonijiet li jinstab iz-zewjt.

Fi stqarrija li hareg il-lejla d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni ipprova jghatti dan l-ingann tal-Prim Ministru li wara biss gimghatejn mill-elezzjoni biddel ta’ that fuq id-dikjarazzjonijiet tieghu dwar it-tiftix ghaz-zejt.

Il-fatti li ebda stqarrija ma tista tichadhom huma dawn:-

F’Novembru 1997 Eddie Fenech Adami kien iddeskriva t-thaffir taz-zejt bhala att ta’ disperazzjoni.  Qal li t-thaffir taz-zejt kien qed isir ghax il-gvern Laburista kien qed ifittex minn fejn igib il-flus.  Il-Kap Nazzjonalista sahaq ukoll li l-Partit Nazzjonalista  fil-gvern ittratta lil Ghawdex bhala gzira li ghandha s-shubija taghha u dejjem irrezista li jsir thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex.

Fit-23 ta’ Awissu 1998, waqt l-ahhar kampanja elettorali, Fenech Adami kien appella lil Dr Alfred Sant biex skond  hu jghid il-verita dwar it –tfittix taz-zejt u kien allega li kienet qed issir pressjoni fuq min kien qed jaghmel it-thaffir.

Erba t’ijiem wara fis-27 ta’ Awissu fuq TVM waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet kien iddikjara li seta’  jghid kwazi b’certezzas illi kull diskors vojt li se jinstab iz-zejt ma kienx veru. Qal li l-informazzjoni li kellu huwa kienet bil-maqlub.

Wara dawn id-dikjarazzjonijiet kollha, biex ikun konsistenti, Fenech Adami jmissu waqqaf it-thaffir taz-zejt hekk kif sar Prim Ministru.  Ghall-kuntrarju Fenech Adami mhux biss ma waqqafx it-thaffir, anzi ordna li t-thaffir isir aktar fil-fond minn dak li kien qed isir fi zmien gvern Laburista u issa qed jghid li hemm indikazzjonijiet li jista’ jinstab iz-zejt.
Fl-istqarrija tieghu d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qal li l-gvern laburista ipprova jaghti l-impressjoni li kien instab iz-zejt.  Dan ma hux minnu ghax qatt u imkien ma intqal minn Gvern Laburista li kien instab iz-zejt.  Kien Fenech Adami  li fil-kampanja elettorali ta’ l-1992 ta l-impressjoni li konna wasalna biex insibu z-zejt  u li konna se nsiru sinjuri.

Ghal darba ohra t-thaffir taz-zejt f’Ghawdex juri kemm il-kampanja elettorali ta’ Eddie Fenech Adami u shabu kienet ibbazata fuq l-ingann.  Eddie Fenech Adami ta’ qabel l-elezzjoni u Eddie Fenech Adami ta’ wara l-elezzjoni huma zewg persuni differenti f’dak li ghandu x’jaqsam it-thaffir taz-zejt.  Mill-opozizzjoni u issa aktar u aktar mill-gvern Fenech Adami u shabu rmew il-Valur tal-verita u addottaw politika ta’ ingann.