Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
25th September 
Tkompli il-hidma diplomatika ta’ pajjizna

Il-Vici Prim Ministru Malti Guido de Marco attebnda ghall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-ewropea  u l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-iskop li l-Gvern ikompli jpoggi l-politika barranija fuq pedamenti sodi.

Guido de Marco ser jiltaqa’ ma’ Hans Van de Broek, il-Kummissjoni Gholi ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Grecja, il-Portugall, tal-Lussemburgu, l-Irlanda u l-Olanda.

Hu se jkollu wkoll laqghat mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ pajjizi Gharab fil-Mediterran u ohrajn Ewropej.

Fi New York, Guido de Marco se jkollu laqghat ma’ Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Marokk,. Ta’ l-Albanija, tal-Korazja, tat-Turkija, Tal-Gordan, ta’ l-Egittu, tas-Sirja, tal-Libja, ta’ Cipru u ta’ l-Ungerija.

Il-Vici Prim Ministru Malti se jiltaqa’ wkoll mal-Mexxej Palestinjan Yasser Arafat.