Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
24th September 
Ser jibdew konsultazzjonijiet dwar ir-rati tad -dawl u l-ilma ghall-industrija. 

Fil-granet li gejjin il-gvern ser jaghti bidu ghal-konsultazzjonijiet mal-partijiet koncernati dwar kif ser ikunu emendati  r-rati tad-dawl u l-ilma ghal-industrija.

Il-Prim ministru Eddie Fenech Adami qal dan meta dalghodu kellu laqgha ma' delegazzjoni tal-Federazzjoni ta' l-Industrija. Huwa sostna li dan ser isir skond kif imwieghed fil-programm elettorali, Dr. Fenech Adami qal li l-industrija fl-ahhar sena ma rcevitx il-jkontijiet tad-dawl u l-ilma bir-rati l-odd avolja dawn dahlu fis-sehh fil-5 ta' Novembru ta' 
sena ilu.

Il-Prim Ministru talab lill-FOI biex taggornah  dwar is-sitwazzjoni prezenti ta' l-industrija illum fejn wasal il-process tar-ristrutturizzazzjoni , fejn huma identifikati l-problemi li hemm u dak li jehtieg li jsir.

B'referenza ghall-Ipse, Eddie Fenech Adami qal li l-gvern il-gdid ser jaghti spinta biex din l-istituzzjoni, li t-tfassil taghha kien origina mill-amministrazzjoni Nazzjonalista precedenti u nghatat l-istruttura mill-Gvern ta' Alfred Sant, tibda tiffunzjona ghalhiex hija mehtiega 
jekk ir-ristrutturazzjoni ghandha issehh fir-realta. Huwa qal li huwa fatt li l-istituzzjoni qeghda hemm biex tibqa. Id-delegazzjoni ta'l-FOI kienet immexxija minn Joe Caruana Curran , President ta' l-istess Federazzjoni. 

Joe Caruana Curran qal li l-FOI ser itehu sehem fid-diskussjonijiet dwar ir-revizjoni tar-rati tad-dawl u l-ilma bl-iskop li taghti l-veduti taghha u tipprotegi l-interessi ta' l-investiment.

Waqt il-laqgha saret diskussjoni wkoll dwar ir-ristutturar ta' l-industrija u dwar il-fatt li hemm qbil mal-Kamra tal-Kummerc dwar il-liberalizzazjoni li ghandu jkun hemm fis-settur industrijali u l-kummerc.