![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 24th September |
| PULSE dwar il-kwistjoni
ta' l-Istipendji.
Pulse tixtieq tikkummenta dwar id-dikjarazzjoni li saret nhar il-Gimgha 18 ta' Settembru 1998 mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, rigward l-istipendji ta' l-istudenti Universitarji. B'dispjacir ninnutaw li l-fatt li l-Ministru Galea eskluda a priori li l-istipendji ta' l-istudenti Universitarji ser jergghu jigu kif kienu qabel Novembru 1997 jistona ma' dak li ta x'jifhem il-partit Nazzjonalsita qabel l-Elezzjoni. F'dan il-kuntest, Pulse tigbed
l-attenzjoni tal-Ministru Galea ghall-Memorandum li l-Kunsill Stduenti
Universitarji (KSU) ipprezenta lill-Partit Politici qabel l-elezzjoni.
Dan il-Memorandum, li gie approvat mill-maggoranza ta' l-ghaqdiet studenteski
fl-Univesita'
Pulse tinsab ukoll imhassba li fid-dikjarazzjoni tal-Ministru Galea ma jissemmew imkien dawk l-1600 student post-sekondarju li sar jibdew is-sena akkademika fi zmien gimgha ohra u li bhalissa m'humiex qed jinghataw stipendju (jew qed jiehdu somma mizera ta' Lm 1.25 fil-gimgha). Pulse dejjem sostniet li dawn l-istudenti ghandhom ukoll jinghatw stipendju, u qed terga' ttenni dan illum. Pulse hija fiducjuza li l-KSU ser izomm sod mal-Memorandum maqbul bejn l-ghaqdiet studenteski, filwaqt li theggeg lill-Ezekuttiv tal-KSU prezenti sabiex ma jurix l-istess attitudni li wera l-Ezekuttiv tal-KSU precedenti dwar din il-kwistjoni. Id-difiza ta' l-istudent ghandha tigi l-ewwel, qabel kull konsiderazzjoni ohra. |