Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
24th September 
Strike fil-Freeport 

Il-bierah fil-hemda tal-lejl u bla avviz il-UHM dehrilha li kontra kull ftehim taghti direttiva lil numru zghir ta' nies biex dawn ma jikkomunikaw bl'ebda mod ma' wiehed mis-Senior Managers tat-Terminal li dak il-hin lanqas biss kien prezenti fuq it-Terminal.  B'din  
id-direttiva il-Union ma ndenjatx ruhha li tavza lill-Kumpanija skond il-Ftehim Kollettiv izda baghtet risposta ma' wiehed mill-haddiema, u dan bla ebda avviz u kontra kull ftehim iehor.  

Waqt id-diskussjonijiet fuq il-Ftehim Kollettiv, il-Kumpanija dejjem sahqet fuq forma ta' arbitragg bla dewmien ghal kull disputa' li tista' tinqal u dan biex ma jintilifs zmien u id-decizjonijiet jittiehdu malajr.  Izda il-Union dejjem sabet xi diffikulta' ghaliex dejjem riedet li flok tirbah il-forza u fl-ahhar qablet ghax ma setghetx taqla' diffikultajiet izjed.  Il-Kumpanija terga' tirritjeni li ma gietx avzata bl-ebda disputa u s'issa ghadha ma nghatat l-ebda raguni. 

L-azzjoni li hadet il-Union tirrifletti l-attitudni taghha tul dawn l-ahhar xhur fejn inghatax direttivi bla sens u anke fejn il-Ftehim kollettiv jitkellem car, b'detriment ghax-xoghol u ghall-haddiema nfushom.  Il-kumpanija dejjem sahqet mal-unions illi fil-linja tax-xoghol taghha ma seta' jkun hemm l-ebda dizgwid ghax kwalunkwe problema kienet tirrifletti hazin mal-linji li joperaw fil-Freeport u li maghhom il-haddiema huma indirettament impjegati.  Dawn il-linji ma jaccestaw l-ebda skuza u jqisu kull dewmien ghal kull vapur bhala  
detrimentali ghax-xoghol taghhom bir-riskju li jfittxu portijiet ohra. Fil-Mediterran qeghdin jinbtu numru kbir ta' portijiet ghax femhu x'inhu trasbord u li lesti jaghtu kwalunkwe servizz imposti mill-Linji li fl-ahhar mill-ahhar huma il-klijenti, li dejjem jistennew li jinghataw  
is-servizz li ghalih qed ihallsu.   

Il-kwistjoni hija tal-Planners li xohgolhom huwa bzonnjuz ghat-Terminal. Dawn il-Planners jahdmu f'ambjent illi kull haddiem jixtieq li jkollu u huma mhallsa pagi gholja tant li l-medja ta' dawn il-grupp ta' haddiema jiha ta' Lm8,500 fis-sena u li jammontaw ghall-eluf kbar ta' liri u li whud minnhom kellhom jintbaghtu barra ghal tahrif specjalizzat. 

Il-Kumpanija harget ordni biex il-haddiem koncernat li huwa l-istess wiehed li kkomunika id-direttiva li bl-ebda mod ma kienet ufficjali, ma obdiex l-istruzzjonijiet tal-Kumpanija u ghalhekk gie sospiz.  Shabu ghlakemm ma kienux involuti fil-kwistjoni dehrilhom li ghandhom jieqfu ix-xoghol u wiehed minnhom anke hass illi ghandu jaghmel sabutagg fis-sistema tal-kompjuter u dan minghajr ma ebda wiehed minnhom ma hass li kien qed jhedded l-ghixien tieghu innifsu u ta' xi 600 familja ohra li harrxu il-kwistjoni billi waqfu mix-xoghol. 

Il-Kumpanija lanqas li stenniet f'dan kollu huwa li jkollha avviz ta' xi problema u dan biex b'mod civili tkun tista' tezaminha u titkellem fuqha ghax kif fehmet dejjem lill-Unions u lill-haddiema kull waqfien ikun x'hin ikun huwa ta' theddida serja ghall-haddiema kollha tat-Terminal u ghall-familja taghhom.