![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 24th September |
| Graffiti dwar Independence
Day Party
Il-Moviment Graffiti jikkundanna l-agir tal-organizzaturi tal-Independence Day Party li sar fil-Westin Dragonara ta' nhar il-Hadd li ghadda. IL-Moviment Graffiti jissimpatizza mar-rabja taz-zghazagh lejn l-organizzaturi u lejn l-attitudni paternalista tal-istituzzjonijiet. Bla dubju l-interess tal-organizzaturi huwa l-profitt u mhux id-divertiment taz-zaghzagh. Il-fatt, li dawn kellhom permess ghal party li fih jattendu 400 ruh u spiccaw jattendu madwar 6000 iqajjem bosta mistoqsijiet fosthom: Kemm qed jigu osservati regoli dwar health and safety? X'kien jigri kieku inqala' accident bhal hurq waqt dan il-party? X'kienu l-prezzijiet tal-ilma f'dan il-party? Il-Moviment Graffiti ma jaqbilx ma dawk li jsostnu li dawn il-parties juzaw id-droga exctaxy. Waqt li ghandha ssir kampanja sabiex ma jsir beda uzu ta' droga ghandna wkoll inharsu l-hajja ta' dawn iz-zaghzagh. Ghal din ir-raguni il-Moviment Graffiti jaqbel li ghandhom jitqassmu exstaxy kits li bihom wiehed ikun jista jiccekkja jekk l-exstacy hiex imhallta b'sustanzi aktar perikoluzi jew le. Din hi sistema li qed tintuza f'pajjizi Ewropej. Il-Moviment Graffiti jissuggerixxi wkoll li jigu indikati postijiet fejn ghandhom isiru dawn il-aprties b'mod li d-drittijiet tar-residenti ma jigux kalpestati kfi gara fil-kaz tal-Independence Day Party. |