Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
24th September 
'L-ebda rikatt ma hu se jwassal lill-Partit laburista fl-Oppozizzjoni milli jibdel il-politika tieghu fl-oqsma kbar tat-tmexxija. - Dr. Alfred Sant 

'L-ebda rikatt ma hu se jwassal lill-Partit laburista fl-Oppozizzjoni milli jibdel il-politika tieghu fl-oqsma kbar tat-tmexxija.  Min qed jimmanuvra biex incedu ghat-tentazzjoni li nibdew naqblu mal-politika tal-Partit Nazzjonalista ghandu jinghata l-genb.  Zgur li sakemm u jekk inkun jien Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, naqblu maghhom u nghidu li 
hawn xi konsensus.  Dak li konna nemmnu fih, ghadna nemmnu fih.  U nemmnu li l-poplu fil-maggoranza tieghu, nistghu nergghu nipperswaduh li dak li qed nipproponu, hu tajjeb ghal pajjizna'.  Dan qlau l-lejla l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt diskors lill-attivisti Laburisti Ghawdxin fic-City Pearl, ir-Rabat, Ghawdex.

Il-Partit Laburista se jibqa' jaghmilha cara li mhu se jcedi ghall-ebda rikatti.  Ma cediex ghar-rikatt li sarlu fil-Parlament mill-Perit Mintoff meta dan qal li jew il-partit Laburista jaghmel kif irid hu, jew jivvota kontra l-Gvern.  Kontra rikatti bhal dawn u l-manuvri li ghadhom sejrin ta' l-istess tip, il-partit Laburista ghandu jibqa' sod.

Anqas u anqas il-Partit Laburista mhu se jcedi ghar-rikatti li minghalihom qed jaghmlu tal-PN biex ikun hawn xi konsensus favur il-politika taghhom.  Il-Gvern tal-PN huwa illigittimu ghax jinsab billi hawwad il-konfini elettorali qabel l-elezzjoni ta' l-1996 biex il-Gvern Laburista jispicca b'siggu biss aktar mill-PN meta kien jixraqlu maggoranza ta' tlett siggijiet.  B'hekk malli deputat wiehed jaqsam il-kamra, kif gara, il-Gvern Laburista tilef il-maggoranza parlamentari tieghu.  Tajjeb li nibqghu nishqu fuq kif kien dan li wassal 
ghall-elezzjoni.  Il-Mexxej Laburista qal li meta l-partit Laburista kien fil-Gvern, in-Nazzjonalisti raw kif ghamlu l-hin kollu biex ifixklu u mhux biex jaqblu maghna.  Anke kontra l-Awtorita tat-Turizmu ivvotaw biex jaghmlu l-bstaen fir-roti.

Il-poplu Malti u Ghawdxi issa qed jistenna li minnufih il-Gvern Nazzjonalista jwettaq il-weghdiet kbar li ghamel u mhux joqghod jghid li sab problemi aktar milli stenna.  Ghal sentejn shah, in-nazzjonalisti baqghu jghidu li l-Gvern Laburista kien esagera l-problema finanzjarja tal-pajjiz.  Ghalhekk issa huma ghandhom iwettqu l-weghdiet taghhom 
minnufih u mhux joqghodu jnewhu l-ghaks.

Diga l-Gvern nazzjonalsita qed juri li ma kienx ippreparat ghat-tmexxija.  Diga' qed juri li ghall-ewwel darba se jkollu jiffaccja l-problemi kbar li halla warajh f'Ottubru 1996.  Mhux se jiswew stqarrijiet fiergha bhal dik li ghamlet il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, meta qalet li telghu numru record ta' Maltin F'Ghawdex ghall-weekend ta' l-Indipendenza, ghax skond hi, il-Gvern Nazzjonalista kien diga' ta sens gdid ta' fiducja.  Fil-fatt, qatt daqs fl-1997 u fl-1998, that Gvern Laburista, ma kienu telghu daqstant turisti lejn 
Ghawdex.

Alfred Sant qal li l-Partit Laburista se jkun qed jaghmel ezercizzju shih biex jaghrbel ahjar kif gara li numru ta' Laburisti hassew li l-Gvern taghhom ma kienx qribhom bizzejjed.  Fix-xhur li gejjin, se ssir hidma shiha biex fid-dettal, il-partit Labursita janalizza fejn il-Gvern ma laqax bizzejjed ghall-aspirazzjonijiet tal-Laburisti.  L-istess hidma trid twassal biex noholqu l-istrutturi biex jassiguraw li l-izbalji tal-passat ma jergghux jirrepetu ruhhom.  Wara l-elezzjoni li jmiss, Gvern Laburista gdid se jibqa' jkun gvern tal-Maltin u l-Gahwdxin 
kollha, imma se jkun ukoll Gvern li jzomm qrib mill-bidu nett ma' dawk kollha li ghandhom twemmin Laburista.

Il-Mexxej Laburista irringrazzja lill-attivisti Laburisti Ghawdxin ghax-xoghol importanti li wettqu fl-ahhar elezzjoni.  Bil-hidma taghhom, huma regghu ikkonfermaw kif il-Partit labrusita jibqa' haj u sod permezz ta' voluntiera li dejjem juru sens ta' ideal.  Huma jemmnu fil-missjoni tal-Partit Laburista li jibqa' jiddefendi sa l-ahhar l-interessi tan-niex tax-xoghol kollha kemm huma.

Alfred Sant irringrazzja  wkoll lil dawk ic-cittadini Ghawdxin u Maltin li bil-vot taghhom taw il-fiducja taghhom lill-Partit Laburista. Minkejja li tilef l-elezzjoni, bl-aktar minn 47% tal-voti li kiseb, il-partit Labrusita baqa' juri li huwa forza politika u socjali ewlenija fil-pajjiz.  Hu minnu li ghadd ta' cittadini cahdu l-fiducja taghhom lill-partit Laburista.  Dawn bl-ebda mod ma telquna ghal dejjem.  Anzi, ic-cansijiet huma li aktar kmieni milli hafna qed jahsbu, dawk lil did-darba ma vvotawx Labour se jergghu jibdlu l-apprezzament li ghamlu 
tas-sitwazzjoni fil-pajjiz, u b'hekk jergghu jaghtu l-appoogg taghhom lill-Partit Laburista.