Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

18 ta' Settembru 1998  
Awtopsja fuq iz-zghazugh li nstab mejjet Haz-Zebbug.

Dalghodu kien mistenni li ssir l-awtopsja fuq il-kadavru taz- zghazugh Philip Bartolo ta' 24 sena minn Haz-Zebbug li nstab mejjet f' Garage fi Triq l-Ghasir, Haz-Zebbug.

Fuq iz-zghazugh ma nstabu l-ebda marki ta' vjolenza esterna u il-Pulizja mhux teskludi l-possibilita li fil-hin meta z-zghazugh intilef minn sensih u miet kien hemm haddiehor fuq il-post.

Giet nfurmata il-Magistrat tal-Ghassa, Dr J. Padovani Grima fejn hatret l-ewperti tal-Qorti biex jghinuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Assistant Kummissarju john Rizzo u l-Ispettur Mario Bonnici mid-D.I.K. mill-Ispettur Norbert Ciappara mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga u mill-Ispettur Paul Bond tad-Distrett.

Bartolo huwa iben Carmel Bartolo li f' Dicembru ta' l-1995 gheb waqt titjira bl-ajruplan tieghu Piper Lance bejn Djerba u Malta. Mit-tfittix li ghamlet il-pulizija irrizulta li fil-garaxx taz-zghazugh kien hemm affarijet relatati mad-droga izda ma nstabux siringi. Barra minnhekk il-Pulizja sabet ukoll bagalja li kien fiha eluf ta' liri.