![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 18 ta' Settembru 1998 |
| L-ebda nomina
ghat-Tmexxija Laburista Meta l-bierah fethu n-nominazzjonijiet ghall-hatra ta' Mexxej Laburista ma kien hemm l-ebda nominazzjoni gdida. In-nominazzjonijiet jaghlqu ghada s-Sibt f'nofsinhar. Dr Alfred Sant diga' habbar li se jitfa' l-kandidatura tieghu bhala Mexxej Laburista. L-Ezekuttiv Nazzjonali Laburista kien iddecieda li l-Konferenza Generali tal-Partir laburista ghall-hatra ta' Mexxej issir nhar il-Gimgha, 25 ta' Settembru. Skond l-istatut tal-partit Labursita jinghad li wara kull elezzjoni generali ghandha ssir konferenza generali biex jigu mahtura, imgedda jew mibdula l-Mexxej u d-Deputati Mexxejja tal-partit. Il-Konferenza Generali ghall-hatra ta' Deputati Mexxejja se ssir nhar il-Gimgha, 2 ta' Ottubru. In-Nominazzjonijiet ghall-hatra ta' Deputati Mexxejja jithu nhar il-Gimgha, 25 ta' Settembru u jaghlqu nhar it-Tnejn, 28 ta' Settembru f'nofsinhar. Sal-lum, id-Deputati Laburisti, it-Tabib George Vella u l-Avukat Anglu Farrugia diga' wrew pubblikament l-interess taghhom li jikkontestaw il-hatra ta' Deputat Mexxej Laburissta ghall-Affarijiet Parlamentari. Ghandhom jintlaqghu wkoll nominazzjonijiet ghall-hatra ta' Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit, li fil-prezent tinsab battala. |