Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

18 ta' Settembru 1998  
Il-Kandidat Farrugia Migneco iressaq protesta kontar l-Kummissjoni Elettorali.

Il-kandidat Laburista Ancel Farrugia Migneco ghamel kawza kontra l-Kummissjoni Elettorali fejn qed jitlob li qabel ma ssir l-eelzzjoni kazwali fuq il-Hames Distrett Elettorali fejn huwa kkontesta fl-Elezzjoni Generali tal-5 ta' Settembru, ikun ikkoregut ir-rizultat elettorali fil-konfront tieghu minhabba li l-ligi elettorali giet applikata hazin.

F'citazzjoni li pprezenta quddiem il-prim Awla tal-Qorti Civili, Farrugia Migneco spjega li fl-Elezzjoni Generali msemmija huwa kiseb 1,591 vot fl-ewwel preferenza izda ma giex elett. Kompla jghid li skond l-Att ta' l-1991 dwar l-Elezzjoni Generali, huwa kellu jigi ddikjarat eliminat u bhala konsegwenza l-kandidati l-ohrajn ikunu jistghu jibbenefikaw minn preferenzi moghtija lilu.

Il-kwota elettorali tal-Hames Distrett Elettorali li kienet 3,402 u kandidat iehor - it-Tabib George Vella - gie iddikjarat elett mill-Kummissjoni Elettorali li bi 3,110. Farrugia Migneco sostna li l-Konsegwenza ta' l-eliminazzjoni tieghu, kieku saret, kellha tkun li l-voti tieghu jaghddu ghand il-kandidat Dr George Vella, u konsegwentement il-voti ta' Dr George Vella jergghu jghaddu ghandu.

Gie spjegat, li wara l-15-il ghadd tal-voti, Farrugia Migneco kellu 2,399. Minkejja dan kollu, huwa xorta ma giex eliminat bl-izvantagg fuq indikat u dan kontra l-ittra u l-ispirtu tal-ligi elettorali.

Ghalhekk billi l-Kummissjoni Elettorali naqset milli tapplika l-prattika kostanti fl-ispirtu u l-ittra tal-ligi bi pregudizzju ghalih fl-elezzjonijiet kazwali, Farrugia Migneco tala lill-Qorit tordna lill-istess Kummissjoni Elettorali sabiex fi zmien qasir, mehud kontra li huwa qed jikkontesta l-istess elezzjonikjiet kazwali, tikkoregi r-rizultati elettorali fil-konfront tieghu fil-konsegwenzi kollha. Talab ukoll lill-Qorti tordna li tigi applikata l-iskeda 13 fl-att ta' l-ghadd tal-konfront tiewghu u li taghti kull direttiva u rimedju opportun.

Ic-citazzjoni kienet iffirmata mill-Avukat Michael Scriha u Patrick J. Galea.