Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

18 ta' Settembru 1998  
Kandidati Ghal Elezzjonijiet Kazwali

Tliet kandidati-tnejn tal-Partit Nazzjonalista u iehor tal-partit Laburista-se jikkontestaw l-elezzjonijiet kazwali fuq iz-zewg distretti li kkontestaw fihom fl-Elezzjonijiet Generali tas-Sibt, 5 ta' Setembru, u ma telghux minnhom. In-Nomini mitfugha huma tal-kandidati Nazzjonalista, is-Sur Louis Cuschieri ufq l-Ewwel u t-Tmien Distrett Elettorali, u l-Avukat Austin Gatt fuq l-Ewwel u l-Ghaxar Distrett Elettorali kif ukoll tal-kandidat Laburista, is-Sur Bertu Pace li se jikkontesta fuq il-Hames u s-Seba' Distrett Elettorali.

Billi se jkun hemm dawn il-kandidati li qed jikkontestaw f'zewg distretti, dawn l-elezzjonijiet kazwali huma kemmxejn differenti minn dawk tas-soltu. Minhabba f'hekk, wara laqghat u diskussjonijiet li saru, gie deciz li fil-kazi li jirrigwardaw klandidati li jkunu qed jikkontestaw fuq zewg distretti differenti, il- kummissjoni Elettorali se tiddeciedi liema distrett jinfetah l-ewel u f'kaz li jigrio li xi kandidat minnhom jigi elett, ismu jitnehha mill-elezzjoni kazwali li tkun se ssir fuq id-distrett l-iehor li tefa' n-nominazzjoni tieghu fuqu wkoll.

Dawn is-sitt nominazzjonijiet huma fost 31 nominazzjoni li gew sottomessi sal-bierah lill-Kummissjoni Elettorali ghat-tmien elezzjonijiet kazwali biex jimtlew il-postijiet li tbattlu minn erba' ohra tal-Partit Nazzjonalista li gew eletti minn fuq iz-zewg distretti li kkontestaw fuqhom.

B'hekk, wara li fit-tielet jum li setghu jintefghu nominazzjonijist few ipprezentati 14-il nominazzjoni flimkien mas-sbatax li diga' kien hemm, is-sitwazzjoni sal-bierah f'nofsinhar kienet din:

L-EWWEL DISTRETT, ghall-post cedut mil-Professur Guido De Marco (PN) : il-kandidati Nazzjonalisti l-Avukat Paul Borg Olivier, Louis Cuschieri, Edward Torpiano, l-Avukat Austin Gatt u l-kandidat Indipendenti Spiridione Sant.

IL-HAMES DISTRETT, ghall-post cedut mit-Tabib George Vella (MLP) : Reno Calleja, Ancel Farrugia Migneco, Bertu Pace, u l-Avukat Joseph M. Sammut.

IL-HAMES DISTRETT, ghall-post cedut mill-Avukat Louis Galea (PN) : Hermann Schiavone, Helen D'Amato u d-Destinta marlene Pullicino.

IS-SEBA' DISTRETT, ghall-post cedut mill-Avukat John Attard Montalto (MLP): l-Avukat Gavin Gulia u Bertu Pace.

IT-TMIEN DISTRETT, ghall-post cedut minn Dr Alfred Sant (MLP): in-Nutar Chris Cardona, Paul Carachi u l-Ispecjalista Philip Spiteri.

IT-TMIEN DISTRETT, ghall-post cedut mill-Avukat Eddie Fenech Adami (PN): Richard Muscat, it-Tabib Michael Asciak, Louis Cuschieri, l-Avukat Mark Fenech, Antonio Fenech u t-Tabib John Zammit Montebello.

L-GHAXAR DISTRETT, ghall-post cedut mis-Sur Evarist Bartolo (MLP): Joseph Cuschieri u Stefan Zrinzo Azzopardi.

L-GHAXAR DISTRETT, ghall-post cedut mill-Avukat Francis Zammit Dimech(PN): Dolores Cristina, l-Avukat Melvyn Mifsud, Etienne Bonello Dupuis, l-Avukat Michael Frendo, Joseph Gafa' u l-Avukat Austin Gatt.

Aktar nominazzjonijiet minn kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet generali fl-imsemmija distretti elettorali, u li ma gewx eletti bhala Membri tal-Kamra tad-Deputati, jistghu ikomplu jsiru sa nhar is-Sibt, 19 ta' Settembru, bejn l-10.00 am u nofsinhar.

Formoli tan-nomina jistghu jinkisbu mill-Ufficcju Elettorali waqt il-hinijiet ta' l-ufficcju. Dawn l-elezzjonijiet kazwali se jsiru nhar l-Erbgha, 23 ta' Settembru, fil-Kumpless ta' l-Ghadd tal-Voti f'Ta' Qali, u jibdew fid-9.00 ta' filghodu.