Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

17 ta' Settembru 1998  

L-Amministrazzjoni tal-General Workers' Union, wara li ddiskutiet il-bidla fil-Gvern b'rizultat ta' l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru tixtieq tiddikjara li l-GWU taghraf u tirrispetta d-decizjoni ta''l-elettorat u tawgura li l-Gvern il-gdid jahdem b'impenn u b'sens ta' gustizzja socjali ghall-gid tal-poplu Malti kollu. Il-GWU, bhalma ghamlet ma' kull Gvern, timpenja ruhha li taghti l-kontribut meqjus taghha ghat-twettiq ta' policies li jkunu ta' fejda ghal Malta u l-aktar ghall-haddiema Maltin u Ghawdxin.

Il-Gwu tistenna li l-Gvern ikun gust ma' kulhadd, tfittex l-interess u l-gid komuni u mhux divizjoni, u li bla dewmien jibda jindirizza dawk il-kwistjonijiet li huma pendenti bejn il-Gvern u l-moviment trejdunjonistiku bhal, fost ohrajn, il-ligijiet li ghandhom x'jaqsmu max-xoghol, il-pensjonijiet, it-tharis tas-sahha tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol, kif ukoll il-kwistjoni ta' l-gholi tal-hajja.

Fl-ahharnett il-GWU f'kull cirkostanza tibqa' thares bl-akbar determinazzjoni l-interessi tal-membri taghha u ta' dawk li l-inqas jifilhu fis-socjeta', u dan fi twemmin shih li minghajr it-twettiq tal-gustizzja socjali pajjizna ma jistax jimxi 'l quddiem.