Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

17 ta' Settembru 1998  

L-Istudenti Demokristjani Maltin tikkundanna l-imgieba tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni tul l-ahhar gimgha. Id-deklarazzjoni tieghu li fiha jsejjah lill-Gvern bhala wiehed illegittimu hija turija ta' nuqqas ta' rispett lejn id-demokrazija u lejn l-ghodda principali tad-demokrazija, jigiefieri l-poplu.

Il-fatt li Dr Sant baghat traduzzjoni ta' l-artiklu tieghu lill-Ambaxxati hija tant aktar deplorabbli ghaliex huwa car li din l-azzjoni ma setghat taghmel xejn hlief hsara lill-pajjiz. Dr Sant ghandu jaghraf li l-kariga ufficjali tieghu ta' Kap ta' l-Oppozizzjoni iggib maghha responsabilitajiet lejn il-pajjiz u l-poplu; ghaldaqstant ghandu jahdem ghall-gid tal-poplu u mhux biex jiskredita l-Gvern ghaliex b'hekk jista' biss inaqqas il-kredibilita tal-pajjiz u l-poplu li jaghmlu dak li hu.