| 17 ta' Settembru 1998
Il-Ministru ghas-Servizzi
Ekonomici, il-Professur Josef Bonnici, ltaqa ma
delegazzjoni ta' kummercjanti Cinizi li kienu
akkumpanjati mill-Ambaxxatur Ciniz, Zu Qinshun.
F'din l-ewwel laqgha ufficjali mal-ministru ghas-Servizzi
Ekonomici, l-Ambaxxatur Ciniz awgura li Malta tissieheb
fl-Unjoni Ewropea mill-aktar fis. Hu qal li jhares lejn
dan il-pass bhala wiehed pozittiv ferma ghal Malta.
Il-Ministru Josef Bonnici iddiskuta mad-delegazzjoni
l-possibilita' ta' aktar kummerc bejn iz-zewg pajjizi
bhal ma kien assigura l-President Ciniz Lee Peng meta zar
Malta fil-bidu ta' l-1996. Id-delegazzjoni write
l-interess taghha f'Malta partikolarment issa li regghet
inqabdet it-triq lejn shubija fl-UE.
Iz-zewg nahat ftehmu li wara li jkun identifikat progvett
kummercjali li jista jitwettaq bejn iz-zewg pajjizi u
terga' titlaqqa' l-kummissjoni konguta bejn iz-zewg
nahat, grupp ta' persuni teknici fil-qasam ta'
l-investiment jipprogedu biex jiffinalizzaw dan
il-progett. Fost is-setturi li dwarhom saret diskussjoni
hemm il-qasam tat-tessuti kif ukoll l-opportunita biex
Malta tesporta prodotti mahduma minn kumpannija Cinizi
flimkien ma ohrajn Maltin.
Matul il-laqgha saret stedina biex il-Ministru
ghas-Servizzi Ekonomici jzur il-kwartieri ta' Orient Int.
fic-Cina fix-xhur li gejjin. Il-ministru Bonnici qal li
l-Gvern gdid irid jerga jistabbilixxi l-ahjar kuntatti
kummercjali possibli ma pajjiz bhac-Cina. Hu zied li jekk
delegazzjoni Ministerjali tghin biex din il-hidma timrah
hu jkun lest li jzur ic-Cina fil-futur qarib.
Id-delegazzjoni kienet maghmula mis-Sur Wang Yang,
il-President ta' Orient Int. (Holding) Co. Ltd. Li hi
wahda mill-akbar kumpannija Cinizi li jaghmlu kummerc ma'
l-Ewropa. Prezenti wkoll kien hemm is-Sur Chen Chengyano,
Direttur fid-Dipartiment ghall-Izvilupp Kummercjali
tal-kumpannija, is-Sur Zhu Taowei, Deputy General Manager
ta' l-Orient Int. Holding Shanghai Garments, is-Sur Shi
Weiming Deputy General manager ta' Shanghai Silk, is-Sur
Fan Xiehua Deputy Manager Shanghai Textiles kif ukoll
is-Sur Li Xiaohui mill-Orient. Int. Holdings ukoll.
Fi tmiem il-laqgha, l-Ambaxxatur Ciniz wassal l-awgurju
tal-Ministru ghall-Ekonomija Ciniz lill-Gvern il-gdid
Malti wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru.
|