Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

17 ta' Settembru 1998  

Il-prim Ministru Eddie Fenech Adami f'laqgha li l-bierah kellu mal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerc wera t-tama li l-process ta' l-iscreening ta' l-applikazzjoni ta' malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea jitkompla ma jdumx bl-iskop li jkunu identifikati s-suggetti li dwarhom Malta trid tiehu l-pozizzjoni taghha fid-dawl tan-negozjati li jridu jsiru.

Hu qal li dan il-process kien diga' beda. Matulu bdew ikunu ezaminati l-istrutturi u l-ligijiet tal-pajjiz u mqabbla ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll kien meqjus il-pozizzjoni li ghandha tiehu Malta fin-negozjati li ghandhom isiru ma' l-Unjoni Ewropea.

Eddie Fenech Adami tennea l-pozizzjoni tal-Gvern u l-wieghda elettorali tal-Partit Nazzjonalista li fil-process tan-negozjati jkunu nvoluti l-partijiet koncernati.

B'referenza ghar-rapport dwar il-perspettiva kummercjali tar-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni Ewropea pubblikat aktar kmieni din il-gimgha mill-Kamra tal-Kummerc u l-Federazzjoni ta' l-Industrija, Eddie Fenech Adami qal li r-rapport kien wiehed serju u oggetiv.

Il-konkluzjoni tieghu kienet li l-ahjar ghazla ghal Malta hi shubija fl-Unjoni Ewropea u fih jissemmew ukoll id-diffikultajiet li l-pajjiz mistenni jiltaqa' maghhom dlonk it-triq.

Eddie Fenech Adami wieghed ukoll li l-Gvern se jghin liz-zewg korpi kostitwiti biex izommu l-ufficcju li ghandhom fi brussels miftuh bl-iskop li jkompli jzommhom aggornati dwar l-izviluppi li jsehhu kontinwament fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-dawl tal-pass li ha l-Gvern biex jerga' jaghti hajja lill-applikazzjoni ta' malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea.

Sadattant Louis Farrugia, il-President tal-kamra tal-Kummerc, wieghed il-kooperazzjoni shiha tal-Kamra fil-hidma tal-Gvern fis-settur ekonomiku kif ukoll qal li l-Kamra hi preparata li tkun proattiva fid-diskussjonijiet ghal shubija ta' malta fl-Unjoni Ewropea.

Hu qal li x-xewqa tal-Kamra tal-Kummerc hu li jinholoq help-line desk flimkien mal-FOI bl-iskop li l-membri taz-zewg korpi jinzammu informati b'dak li jkun qed jigri fl-Unjoni Ewropea.

Louis Farrugia ppropona li jsir studju dwar l-impatt ekonomiku ta' shubija ta' malta fl-Unjoni Ewropea bl-iskop li jkunu mghejjuna s-setturi li se jkunu affettwati negattivament. Proposta ohra hi li jitwaqqaf grupp iffurmat bejn il-Gvern u l-privat biex jistudja s-setturi fl-ekonomija Maltija li jistghu jkunu affettwati.