Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

17 ta' Settembru 1998  

Il-Gvern qed jaghti garanzija li minkejja l-mandat ta' sekwestru ta' Lm2.2 miljun li sar nhar it-Tnejn li ghadda mis-sidien tat-Trawlers Norvegizi, kontra l-malta ShipBuilding, il-haddiema xorta jibqghu jiehdu l-pagi dovuti lilhom.

Jirrizulta li wara li l-Qorti laqghet il-mandat ta' sekwestru tas-sidien Norvegizi, il-banek kummercjali ma bdewx jonoraw cekkijiet mahruga mill-Malta Shipbuilding bil-konsegwenza li qam ferment fost il-haddiema minhabba li dawn kienu se jintlaqtu hazin fil-pagi.

Il-madatt ta' sekwestru sar f'isem is-sidien Norvegizi Nils Olai Ostervold u Patrederiet Smaragd Ans u kien porezentat fil-qorti Mill Avukat Louis Cuschieri li kkonferma li s-sidien Norvegizi se jiehdu l-kaz quddiem Qorti f'Londra.

Il-kwistjoni tat-tankers Norvegizi qamet wara li rrizulta li l-multa li se jkollha thallas il-Malta Shipbuilding fuq il-kancellament ta' tnejn minn dawn it-trawlers lahqet madwar Lm2 miljuni.

Kien biss fil-granet li ghaddew li sar maghruf kemm se tkun il-multa li se thallas il-Malta Shipbuilding.

L-ordni ghall-bini ta' erba' trawlers Norvegizi fil-Malta Shipbuilding kienet saret mill-Gvern Laburista wara l-elezzjoni generali ta' l-1996.

Din l-ordni saret fiz-zmien li l-Gvern Laburista kien qed jiprova jikkancella l-ordni tal-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel li l-Gvern nazzjonalista kien iffinalizza biex isiru fil-Malta Shipbuilding. Jirrizulta li l-pjani ghall-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel fil-Malta Shipbuilding kien mahduma b'mod ezatt skond in-numru u x-xoghol li kien hemm fl-azjenda. Originarjament fi smine Gvern nazzjonalista kien hemm programm tax-xoghol specifikat skond ix-xoghol tal-vapuri tal-Gozo Channel. Minkejja dan, fiz-zmien li fil-malta Shipbuilding beda x-xoghol fuq it-trawlers Norvegizi, kien hemm ukoll ix-xoghol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel bil-konsegwenza ma kienx hemm haddiema bizzejjed fl-azjenda biex ilahhqu max-xoghol kollu.

Fl-ahhar granet, il-Malta Shipbuilding lestiet iz-zewg trawlers Norvegizi li kienet qed tibni. Dawn iz-zewg trawlers swew madwar Lm1 miljun kull wiehed bil-konsegwenza li meta jsiru l-kontijiet finali se jirrizulta li l-malta Shipbuilding mhu se ddahhal xejn mill-bini tat-trawlers Norvegizi.