Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

16th September 
Il-Ministru Louis Galea jiltaqgha mal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Skolastici

Fl-ewwel laqgha ufficjali tieghu, l-ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, iltaqa' ma' l-Assoccjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel. Il-ministru fisser li fil-bidu tal-hidma tieghu irid li mill-ewwel jenfasizza l-importanza ewlenija li l-process edukattiv ikun process ta' shubija effettiva u kontinwa bejn l-istudenti, l-ghalliema u l-genituri. Il-Ministru assigura li ser ikun hemm il-koperazzjoni kollha bejn il-Ministeru u l-istess Assocjazzjoni fit-tfassil ta' politika edukattiva u fit-twettiq ta' l-istess. Il-Ministru qal li hi l-politika tal-Gvern li jaghti aktar importanza u relevanza lill-Kunsilli ta' l-Iskejjel. Hekk ghandu jsahhah l-impenn biex ikomplu niggarantixxu l-effettivita tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel, inqawwu l-operat taghhom, niddefenixxu ahjar u b'mod aktar preciz id-drittijiet u l-obligi ta' kull membru, u insahhu l-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Kunsilli u l-hajja tal-Komunita'.

Jinhass il-bzonn ukoll li aktar ghalliema, genituri u, fejn hu l-kaz, studenti jimpenjaw irwiehhom fl-elezzjonijiet u fit-tmexxija ta' l-istess Kunsilli li ghandhom ikunu ghaodda importantissima fil-mixja lejn id-decentralizzazzjoni ta' l-iskejjel u fit-tishih tar-rieda li jmexxu lilhom infushom. Irid isir kull sforz biex il-Kunsilli Skolastici jizviluppaw l-identita' u rwol taghhom biex jilqghu ghar-realtajiet u l-htigijiet tal-lum u ta' ghada. Dan jista' jsehh biss bi process ta' konsultazzjoni u djalogu dirett.

Fi studju li sar minn studenta univestarja "Tearchers and parents together for more humane schools" hareg car li l-genituri jitqiesu bhala ghajnuna ghall-edukazzjoni ta' l-ulied. Fil-fatt waqt li madwar 40% jqisu lill-genituri bhala rizorsi umani, 30% bhala rizorsi finanzjarji u 25% bhala shab indaqs fl-edukazzjoni ta' l-ulied, huma biss 2.5% li jqisu lil-genituri bhala problema.

L-Assocjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel fissret l-apprezzament taghha li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni mill-ewwel wera dan l-impenn favur il-Kunsilli ta' l-Iskejjel u weghdet il-kooperazzjoni kollha biex jintlahqu l-iskopijiet ta' l-istess Kunsilli.