![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 16th September |
| Torhos
il-hajja Skond statistika mahruga mill-Ufficcju Centrali ta' l-Istatistika, qed jirrizulta li matul ix-xahar ta' Lulju l-indici tal-prezzijiet bl-imnut rohos b'0.49 punti jew 0.45 fil-mija u minn 108.87 f'Gunju nizel ghal 108.38 f'Lulju. Fi stqarrija ghall-istampa, l-Ufficcju Centrali ta' l-istatistika, qal li l-prodotti li kienu mmonitarjati f'Lulju kienu l-ikel, ix-xorb, it-tabakk, l-edukazzjoni, id-divertiment kif ukoll servizzi ohra. L-indici fuq l-ikel nizel b'1.83 punti jew 1.73 fil-mija fuq ix-xahar ta' qabel. Dan sehh minhabba tnaqqis fil-prezz tal-patata, haxix frisk u frott. Mill-banda l-ohra, kien hemm zieda fil-prezzijiet tal-hut, frisk u prodotti tal-confectionery. L-indici tal-prezzijiet tat-tabakk u x-xorb telghat 'l fuq b'0.10 punti jew 0.08 fil-mija. Din iz-zieda sehhet minhabba zieda fil-prezzijiet ta''birer barranin. Intqal ukoll li fl-edukazzjoni u d-divertiment ukoll kien hemm zieda fl-indici b'0.69 punti jew 0.63 fil-mija. Dan sar minhabba zieda fil-prezzijiet tal-kotba, perjodici, stationeries, apparat ta' l-isports, kif ukoll fit-toys. Min-naha l-ohra, kien hemm tnaqqis fl-indici ghall-prodotti tal-gonna. L-istqarrija qalet ukoll li matul Lulju ta' din is-sena r-rata ta' inflazzjoni baqghet ta' 3.80 fil-mija. Naraw li f'Jannar tal-1998, ir-rata ta' inflazzjoni kienet ta' 3.34 fi Frar 3.44, f'Marzu 3.58, f'April 3.69, f'Mejju 3.78, f'Gunju 3.81 u f'Lulju 3.80. |