Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

16th September 
Zghazugh isofri minn Overdose

Zghazugh ta' 23 sena mill-Gzira, nhar it-Tnejn filghaxija ddahhal l-Isptar San Luqa jbati minn overdose ta' droga, x'aktarx eroina. Iz-zghazugh instab mimdud ma' l-art mitluf minn sensih minn ohtu fid-dar tieghu li tinsab fil-Gzira.

Il-Pulizija giet nfurmata mill-Isptar San Luqa b'dan il-kaz ghal habta tad-9.30 pm. Huma mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet taghhom fid-dar taz-zghazugh.

Waqt l-investigazzjonijiet, fir-residenza nstabu diversi oggetti relatati mat-tehid tad-droga, fosthom siring li x'aktarx intuzat miz-zghazugh.

Huwa mifhum illi z-zghazugh fil-hin li kien qed jabbuz mid-droga kien fil-kumpanija tat-tfajla tieghu. Il-Pulizija sabet ukoll borza b'xi oggetti tad-droga go fih, fosthom siringa u kuccarina. Dawn kienu mormija f'bini abbandunat li jinsab ftit 'il boghod mir-residenza taz-zghazugh. Irrizulta wkoll li dawn l-oggetti ntuzaw miz-zghazugh.

Ghalkemm iz-zghazugh ghadu qed jinzamm l-Isptar ghal aktar osservazzjonijiet, huwa mhuwiex fil-perikolu li jitlef hajtu.

L-ispettur Pietru Pawl Zammit mill-Ghassa ta' Tas-Sliema qed jinvestiga dan il-kaz, filwaqt il-Magistrat ta' l-Ghassa, Dr Miriam Hayman ordnat inkjesta fuq il-post minn esperti mahtura minnha.