Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

16th September 
Il-Vici Prim Ministru wasal Malta illum

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Guido De Marco illum wasal Malta minn zjara ta' erbat ijiem fl-Awstrija u l-Italja inkonnessjoni mar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni Maltija ghas-shubija fl-Unjoni Ewropeja.

Il-Vici Prim ministru f' konferenza ta' l-ahbarijet li ghamel mal-wassla tieghu Malta qal li tul il-laqghat huwa fisser kif il-poplu Malti ilu sbatax il-sena juri li huwa favur li pajjizna jkollu direzzjoni politika Ewropeja. Huwa qal li din kinet sospiza ghal-parantesi zghira bejn l-1996 u l-1998.

Huwa enfasizza ghall-diversi drabi li huwa importanti li pajjizna jkollu konsensus Politiku fl-aspett tal-politka barranija. Huwa sostna li kullhadd ghandu jaghmel l-isforz biex ikun hawn qbil fuq il-politka nazzjonali.

Huwa ta' rendikont ta dak li gara tul din iz-zjara. Fejn semmgha l-appogg ta' l-Italja u ta' l-Awstrija ghall-politka barranija Maltija.

Huwa sostna li l-Gvern ghandu jaghmel laqghat mal-pajjizi kollha applikanti.

Huwa sostna li l-ewwel pass huwa li jitlesta il-process procedurali. It-tieni pass huwa li jinbeda il-process tan-negozjati.

Mistoqsi dwar jekk jinholqux problemi jekk ma jintlahaqx konsensus, huwa sostna li m'ghandux ikun problema.

Huwa enfasizza li l-s-shubija ta' pajjizna ser tkun wahda nazzjonali u mhux partiggjana.