Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt

 
 

16th September 
Dr. George Vella ser jikkontesta il-kariga ta' deputy leader

Id-deputat Mexxej tal-Partit Laburista Dr. George Vella qal li ser ifittex li jigi rielett bhala deputat kap tal-Partit Laburista fil-konferenza generali li ser issir fit-tnejn ta' Ottubru.

Huwa sostna li ilu f' din il-kariga that it-tmexxija ta' Alfred Sant ghal sentejn shah u qal l-mod kif ihares lejn il-politika u kif inhuma l-ghanijiet politici tieghu huma pjuttost ko-oerenti ma l-linji tieghu.

F' ittra li baghat lill-gurnal The Times, It-Tabib Vella, sostna li jhossu kburi li kien jifforma parti mit-tim li wettaq ir-riforma tal-partit Laburista. Huwa sostna li jerfgha r-responsabilta wkoll ghat-telfa elettorali li l-partit laburista garrab fl-elezzjoni kif ukoll ghad-decizjoni li l-gvern kellu jsejjah elezzjoni.

Huwa sostna li ser jerggha jikkontesta din il-kariga ghaliex jemmen li l-ahhar amministrazzjoni Laburista kellha sabutagg minn koalizzjoni ta' interessi u li l-poplu iggudika l-Gvern waqt nofs operazzjoni.

Huwa sahaq li jemmen li ghandu jibqa vicin Alfred Sant biex iwassal lil-Partit Laburista ghal rebha ohra.