Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta
E-mail : smash@vol.net.mt
 
 
15th September 
Il-Gvern il-Gdid ghandu jghid il-Verita 

Fi stqarrija l-Partit Laburista sostna li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ghandu mill-aktar fis possibli jibda jwettaq wahda mill-hafna weghdiet li ghamel mill-opozizzjoni, u jibda jinforma lil kulhadd bl-effetti li thalli fuq pajjizna shubija shiha fl-Unjoni Ewropea.   

Il-Partit Laburista sostna li mhux accettabli li l-gvern Nazzjonalista tal-lum igib ruhu bhall-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 li kien jahbi l-verita dwar l-Unjoni Ewropea.  Huwa minnu li n-nies li mexxew din il-politika ta' habi qabel l-1996 huma l-istess nies li qed imexxu pajjizna llum, izda l-Partit Nazzjonalista llum huwa marbut bil-programm elettorali tieghu li ma jimxix aktar bil-habi. 

Il-Partit nazzjonalista fil-gvern ghandu jsib kuragg u bhal ma ghamel il-Partit Laburista bejn Ottubru 1996 u l-elezzjoni li ghaddiet, jimxi fuq il-valur tal-verita'.  Sfortunatament f'dawn l-ewwel jiem ta' gvern Nazzjonalista smajna biss l-istess kantaliena li konna nisimghu ta' kuljum qabel l-1996, jigifieri li pajjizna qieghed isib appogg qawwi biex jissieheb fl-Unjoni Ewropea.  Kulhadd jaf li dan l-appogg qatt ma issarraf f'gid konkret ghal pajjizna. 

Sa mill-hatra tieghu bhala Prim Ministru Dr Fenech Adami kien imwissi mil-Ewropej infushom biex ikun aktar sincier mal-maltin u l-Ghawdxin dwar il-problemi li ggib maghha shubija fl-Unjoni Ewropea.  Fost l-ohrajn il-bdiewa u l-bankiera diga talbu biex jigi spjegat lilhom kif se jintlaqtu mis-shubija.  Sal-lum ebda spjegazzjoni ma inghatat la lill-bdiewa u lanqas lill-bankiera.  Hadd mill-gvern ghadu ma qal xejn ukoll illi bit-tnehhija tad-duty free fl-Unjoni Ewropea fi zmien ghaxar xhur, se jintilfu mijiet ta' impjiegi f'pajjizna.  Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ghadu ma accettax li jhejji dokument li fih jghid minn issa x'inhu lest li jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea u x'mhux lest li jcedi. 

Il-partit laburista jitqarr ukoll li l-appelli ta' Dr Eddie Fenech Adami ghall-konsensus jikxfu l-ingann politiku tal-Partit nazzjonalista.  Fl-ewwel post il-Partit Nazzjonalista jinsab fejn hu frott it-tbaghbis li ghamel fid-distretti qabel l-1996, u ghalhekk huwa gvern illegittimu.  Fl-istess hin kulhadd jiftakar li Dr Eddie Fenech Adami qabel l-elezzjoni qatt ma wera l-icken koperazzjoni mal-gvern laburista, anki fi kwistjonijiet li kienu jitolbu l-konsensus nazzjonali.  Anzi Dr Fenech Adami u shabu hadmu kemm felhu biex ixekklu u jfixklu lill-gvern laburista milli jwettaq il-mandat tieghu. 

L-attitudni li ha u li se jkompli jiehu l-Partit nazzjonalista fil-gvern dwar l-Unjoni Ewropea tikkonferma li bhal ma ghamlu qabel l-1996, illum Dr Fenech Adami u shabu ghazlu li jahbu l-verita u se jdahhlu lil pajjizna fi sqaq, ghax la jafu meta, u wisq anqas kif, se jwettqu dak li weghdu.