Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta
E-mail : smash@vol.net.mt
 
 
15th September 
A. Sant "Bad Looser"

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrjia qal li Alfred Sant hu bad loser u ma jridx jaccetta s-swing ta' elf vot fix-xahar kontrih li hi tort tieghu ghax inganna sentejn ilu filwaqt li kien inkompetenti u tilef il-kuxjenza socjali matul dawn l-ahhar sentejn.

Il-partit Laburista fl-elezzjoni ta' l-1996 gab 50.7 fil-mija tal-voti u kellu ezattament 50.7 fil-mija tas-siggijiet, jigifieri 35 minn 69.

Id-Distrewtti li fuqhom saru l-elezzjonijiet ta' l-1996 u l-1998 huma l-istess, kienu saru b'mod unanimu mill-Kummissjoni Elettorali u kienu qablu maghhom il-membri tal-Kummissjoni li hatar Alfred Sant stess.  Alfred Sant, qabel l-elezzjoni ta' sentejn ilu, ma kienx accetta l-proposti tal-Kummissjoni Gonzi li jaghtu numru ta' siggijiet ezatt skond il-voti miksuba.

Alfred Sant f'dawn is-sentejn ma biddilx id-Distretti.  Il-partit Nazzjonalista din id-darba gab maggoranza ta' hames siggijiet (tnejn iktar mill-1992) ghax in-nies tal-Kottonera ma belghetx ir-ross li Alfred Sant ipprova jbellaghlhom bil-labra qabelnidn l-elezzjoni.

Alfred Sant ma kienx kapaci jaghmel il-hames snin ghax m'hu kapaci jahdem ma' hadd.  Tilef l-aqwa nies minn madwaru fosthom id-deputy leader Groege Abela, l-ex-Ministru Lino Spiteri u d-Deputat Alex Scebberras Trigona.

Hu Alfred Sant li sejjah din l-elezzjoni.  Hu Alfred Sant li sofra swing ta' elf vot fix-xahar ghax in-nies indunaw bl-ingann tieghu qabel l-ahhar elezzjoni u bl-inkompetenza u n-nuqqas ta' kuxjenza socjali tieghu wara.

Hu Alfred Sant li webbel lill-Laburisti li kienu se jirbhu, anzi li kienu se jirbhu b'iktar.  Flok jara sew fejn zbalja, Alfred Sant issa qed jinfexx jghajjar lil-Laburisti li vvutaw kontrih  u jghajjar ukoll lill-gazzetti.
 
Alfred Sant f'din l-elezzjoni naqqas 2,000 vot personali.  U s-swing kontrih kienet l-iktar fejn l-iktar kien b'sahhtu l-Partit Laburista.  Flok iwahhal f'haddiehor, Alfred Sant messu jfittex ir-raguni vera ghala tilef l-elezzjoni.  Kulma ghandu jaghmel hu li  jhares fil-mera.