![]() |
![]() |
|
|
|
| 15th September |
| Ser nikkontesta mill-gdid
l-Leadership tal-MLP- A.Sant
Il-gvern Nazzjonalista huwa gvern illegittmu li mill-ewwel iqumu mistoqsijiet dwar l-awtorita morali tieghu u allura ma jfisser xejn il-kliem dwar koperazzjoni u kunsens. Il-Partit Laburista se jhares lejn l-affarijiet skond xi tghid il-politika tieghu ghax il-Partit laburista ghandu politika li kienet inghatat mandat qawwi mill-poplu fl-1996. Dan qalu l-Kap ta' l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta kien intervistat fil-programm Forum '98 fuq Super 1 TV. Il-Mexxej Laburista qal li bil-mod kif giet mainpulata s-sistema elettorali tal-konfini l-Partit laburista ma inghatax ic-cans biex jasal sa l-ahhar bil-mandat li inghata. Kull mistoqsija li tersaq quddiem il-Partit laburista se tkun ikkunsidrata skond il-kejl ta' dan il-mandat, qal Dr Sant, li iddeskrivih bhala mandat li ghadu jghodd ghall-poplu Malti u Ghawdxi. Fil-programm Dr Sant habbar ukoll li fil-waqt li jaccetta r-responsabilita ghal dak li gara, se jipprezenta ruhu bhala kandidat ghat-tmexxija tal-Partit Laburista. Dr Sant qal ukoll li l-partit Laburista ma hux se jaccetta aktar li l-media bl-Ingliz ma twassalx tajjeb il-messagg Laburista u fiz-zmien li gej se jittiehdu passi dwar din il-haga. "Meta se nkunu qed naghmlu xi forma ta' stqarrija jew xi azzjoni politika se niehdu passi biex kemm il-pajjizi akkreditati maghna u kemm il-pubbliku li jaqra bl-Ingliz ikollu access direttament ghal dak li jahseb il-Partit Laburista", sahaq Dr Sant. Il-Mexxej Laburista ghamilha cara li ma hiex se tkun accettata aktar sitwazzjoni fejn dak li jghid il-Partit laburista jigi mharbat b'mod li ma jirriflettix dak li fil-fatt jinghad. Dr Sant qal li l-konfini elettorali tfasslu mill-gvern ta' Fenech Adami ta' qabel l-1996 b'mod li jaghtu vantagg lill-Partit Nazzjonalista u jpoggu fi zvantagg lill-Partit Laburista. Tezisti xi haga stramba fil-fatt li bl-istess distretti fl-1996 il-Partit Laburista b'maggoranza ta' 8,000 vot spicca b'siggu inqas mill-Partit Nazzjonalista fil-waqt li fl-1998 il-partit Nazzjonalista b'maggoranza ta' 13,000 vot spicca b'maggoranza ta' hames siggijiet fuq il-Partit laburista. Bl-istess kejl fl-1996 il-Partit Laburista jmissu kiseb tlett siggijiet aktar mill-Partit nazzjonalista. Dr Sant qal li meta qabel l-1996 il-konfini elettorali tal-lum kienu ipprezentanti fil-parlament, il-Partit Laburista kien ippropona li jintbaghtu lura lill-Kummissjoni Elettorali biex jithejjew konfini godda. Din kienet proposta ragonevoli izda Fenech Adami ma accettax. Dr Sant qal li dak iz-zmien il-partit Laburista ma ha ebda passi biex jinfluwenza lill-Kummissjoni Elettorali. Bil-maqlub il-Partit Nazzjonalista kien ghadda anki suggerimenti lill-Kummissjoni. Dr Sant qal li r-rifjut tal-partit Nazzjonalsita li jinbidlu l-konfini elettorali wassal ghar-rizultat ta' Ottubru 1996 li mieghu gab sitwazzjoni fejn il-gvern Laburista ma setax imexxi x-xoghol tieghu b'deputat minn tieghu jastjeni u jaqsam il-kamra. Dwar mizuri li ha l-gvern Laburista qal li whud mill-mizuri ma kienux tajba daqs kemm imisshom kienu jew kienu zbaljati. Bhala ezempju semma l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ddeskrivi bhala zball car li jmissu kien korrett. Dr Sant qal li fid-determinazzjoni tieghu li jsovi l-problemi finanzjarji gvern Laburista ma kienx attent bizejjed biex jikkoregi zball bhal dan. Il-Mexxej Laburista qal li kien hemm problemi ohra ta' kif cittadini kienu jinqdew jew ma jinqdewx mill-apparat tal-gvern u kif certu cittadini ta' twemmin laburista li jahdmu mal-gvern hassew li ma inghatawx l-agevolament xieraq li kellhom jinghataw. Dr Sant qal li jemmen li l-gvern laburista seta kien aktar sensittiv ghal dawn ix-xewqat. Dr Sant qal li issa rridu naraw il-Partit nazzjonalista mill-gvern x'se jaghmel biex jiffaccja l-problemi finanzjarji li sa qabel l-elezzjoni kienu jichdu li jezistu. Dawn il-problemi ma jkunux solvuti bil-buzullotti, kif kien isir qabel l-1996. Illum l-ispazju ghall-buzullotti huwa limitat hafna. Fl-istess hin il-pajjiz se jkun qieghed jistenna biex jara kif il-partit nazzjonalista jwettaq dak li wieghed. Dwar il-mibgheda li intweriet tul ic-celebrazzjonijiet li ghamlu l-partitarji Nazzjonalsti Dr Sant qal li din kienet stimulata mill-attakki li saru fil-media nazzjonalista u fil-media bl-Ingliz. Qal li jirbah min jirbah u jitlef min jitlef, l-ebda espressjoni ta' mibeghda ma hija tollerata. Metas tkellem dwar il-kampanja sgrenata ta' attakki prsonali fuqu, Dr Sant zvela li jinsab nfurmat li l-ewwel karti dwar l-annullamenti taz-zwieg tieghu spiccaw fl-ewwel post ghandu Eddie Fenech Adami nniffsu. Il-mexxej Laburista qal li
ghal li gej il-Partit Laburista jrid ikompli jifli r-ragunijiet tat-telfa
elettorali u fl-istess hin huwa mportanti li min ihoss li kien minsi, ghal
li gej ma jintesiex. Fl-istess hin il-partit Laburista se jhares
'l quddiem u se jkun oppozizzjoni soda, serja u ta' gid ghall-pajjiz.
Il-Partit Laburista se jishaq li huwa partit tal-haddiema u tan-nies tax-xoghol.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista jrid jibqa' jaggorna dak li jahseb biex
jibqa' qrib ta' kif jahsibha z-zghir u se jkun qieghed isostni l-kuntatt
tieghu mal-Laburisti kollha.
|