Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
9th September 
DIl-Partit Laburista qal li l-kabinett Nazzjonalista mhuwa gdid xejn ghax fih l-istess ucuh li gew sfiducjati fl-1996 hlief ghal Lawrence Gonzi li kien diga’ maghrufa dak iz-zmien bhala speaker tal-kamra tar-rapprezentanti. Nies godda li kienu qed jistennew isiru Ministri fil-kabinett baqghu fuq l-ixkaffa.  Hafna mill-ucuh tal-kabinett “il-gdid” Nazzjonalista huma l-istess nies li m’gharfux jirrispondu ghal mistoqsijiet dwar l-ghagir taghhom mill-oppozizzjoni Laburista ta’ qabel l-1996.  Ministri ohrajn “godda” imxew fit-triq li jahbu l-problemi finanzjarji li kienet holqot l-amministrazzjoni Nazzjonalista sa l-1996 bil-politika li ressqet lill-kaxxa ta’ Malta lejn dizastru finanzjarju kbir.

L-unika bidla li saret fil-kabinett “gdid” kienet il-holqien tal-Ministeru tat-Turizmu mit-tkomplija tal-gvern laburista gdid f’dan il-qasam izda l-persuna appuntata bhala Ministru tat-Turizmu jigifieri l-avukat Michael Refalo, ghadha marbuta mal-politika qadima nazzjonalista dwar it-turizmu li sa l-1996 kienet dahhlet stagnar kbir f’dan il-qasam essenzjali ghall-pajjizna.

Il-gvern qadim Nazzjonalista qed juri wkoll nuqqas ta’ kuxjenza socjali billi mal-Ministeru tal-Politika Socjali qed jghabbih ukoll bid-dmirijiet ta’ Leader tal-Kamra tar-Rapprezentanti kif ukoll qed idahhal that il-kompitu tieghu l-anzjani u l-Housing.  Bl-istess mod il-gvern qadim  Nazzjonalista qed jikkompja l-gvern Laburista gdid billi jappunta ministru ghas-Sahha.  Ir-rekord tat-tabib Louis Deguara xejn ma jista’ jaspira fiducja f’dan il-qasam.  Kollox ma’ kollox il-hatra tal-kabinett “gdid” Nazzjonalista tikkonferma li dan il-gvern ghadu marbut ma’ l-ghazliet qodma tal-Patit Nazzjonalista u ftit jaghti fiducja li se jkun f’pozizzjoni li jiffaccja l-problemi finanzjarji, ekonomici, socjali u morali li f’daqqa wahda skopra l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li jittama li r-rekord ta’ kalma li gab f’pajjizna gvern laburista,  ma jixxaqqaqx f’dawn l-ewwel sighat ta’ gvern Nazzjonalista.  Dr Sant dalghodu zar lil Tarcisio Mifsud, impjegat ta’ l-Enemalta li dan il-lejl kien attakkat fid-dar tieghu minn kriminali Nazzjonalisti.  Il-Mexxej Laburista iddeskriva dan l-attakk bhala wiehed fahxi b’motivazzjonijiet politici.  Qal li l-Partit Laburista jiddispjacih ghal li gara u jesprimi solidarjeta mas-sur Mifsud.  Fl-istess hin se jibqa’ jsegwi mill-qrib dan il-kaz.  Dr Sant sahaq li l-Partit Laburista jistenna passi qawwija minn naha ta’ l-awtoritajiet.

Minn naha tieghu s-sur Mifsud spjega kif ghal habta ta’ nofs il-lejl marru jhabbtu fuq il-bieb tad-dar tieghu tlieta minn nies li qatt ma ra qabel.  Meta mill-gallerija staqsiehom x’riedu, qalulu  biex jinzel isfel ikellimhom ghax ma riedux li l-girien isiru jafu b’li 
kienu se jghidulu.  Ghall-bidu huwa fetah l-antiporta izda, dawk li habbtulu qalulu biex jiftah il-bieb ta’ barra biex jisimghu lil xulxin ahjar.  Hekk kif is-sur Mifsud fetah il-bieb ta’ barra iwehed minn dawk li habbtulu beda jaghtih daqqiet b’wire tal-hadid fuq rasu, fuq idejh u fuq daharu.  Fl-istess hin dan beda jghid li s-sur Mifsud kien jikteb kontra l-Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit.

Is-Sur Mifsud qal li wara li issielet u kien se jaghlaq il-bieb ta’ barra, ragel iehor tah daqqa ta’ ponn tal-hadid fuq rasu.  Tkissru wkoll numru ta’ statwi li kienu quddiem il-bieb ta’ barra u kien hemm ukoll attentat biex jigi zlugat il-bieb ta’ barra.  Is-sur Mifsud informa lill-pulizija b’dak li kien gralu u meta talab li ssir inkjesta magisterjali l-pulizija infurmawh li din ma setghetx issir.  Is-sur Mifsud qal li kellu jaghmel kuntatt ma’ l-avukat tieghu biex wara kienet accettata t-talba tieghu li ssir inkjesta.

Dr Sant iltaqa wkoll ma James Grech, zghazugh ta’ 16-il sena li garrab griehi gravi meta l-karrozza li kien riekeb qalghet daqqa minn wara minn vann li kien fih partitarji Nazzjonalisti.  Grech spjega lil Dr Sant li nhar il-Hadd filghaxija flimkien ma erba’ shabu ohra kienu f’karrozza f’H’Attard, meta ghall-gharrieda minn wara kantuniera hareg vann mimli  partitarji Nazzjonalisti li baqa diehel fil-karrozza taghhom.  Bid-daqqa l-karozza spiccat dahlet f’hajt u hadet in-nar.  Il-vann bil-partitarji Nazzjonalisti baqa sejjer.  Grech qal li xi nies li kienu ghaddejin waqfu biex jaghtuhom l-ghajnuna sakemm waslet ambulanza li hadithom lejn l-isptar.  Qal li hu kellu idu slugata u kellu jkun operat.  Tnejn minn shabu intbaghtu d-dar wara l-kura li inghataw fil-waqt li t-tnejn l-ohra ghadhom qed jinzammu ghall-kura fl-isptar.

IL-Moviment Zghazagh tal-Partit Nazzjonalista huwa sodisfatt bir-rebha li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru.

l-MZPN jinnota li, qabel xejn, din hija rebha favur l-Ewropa.  L-elettorat Malti ivvota biex jitkomplew in-negozjati u sabiex id-decizjoni finali tittiehed minna lkoll permezz ta’ Referendum.  L-MZPN iheggeg lill-Gvern biex ikompli fuq din it-triq mill-aktar fis.  Bla ebda dubju vot favur l-Ewropa huwa fih innifsu vot favur iz-zghazagh.  Dan ghaliex zgur li din id-decizjoni ser taffetwa lilna bl-aktar mod pozittiv.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ta garanzija ta’ stabilita.  B’hekk biss pajjizna jista’ jakkwista l-fiducja fih innifsu u b’hekk biss jistghu jinholqu opportunitajiet godda f’kull qasam bhal dak tax-xoghol, tal-kummerc u fl-edukazzjoni.

Fl-ahhar nett, il-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista jawgura li din Malta taghna ma ddumx ma terga’ lura ghat-triq tal-Gid, Fiducja, u Direzzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li l-klikka ta’ Alfred Sant li hakmet f’idejha lill-Partit laburista u li wasslitu ghal telfa storika ghadha ma tridx taccetta d-decizjoni tal-Maltin u l-Ghawdxin tal-5 ta’ Settembru.

Il-klikka ta’ Alfred Sant qed tipprova tahrab milli tfittex ir-raguni vera ghall-iswing ta’ elf vot fix-xahar li sofra l-Partit Laburista kemm dam Prim Ministru Alfred Sant.

Minflok tfittex din ir-raguni, qed titghajjar fi sforz miskin biex twarrab l-attenzjoni tal-Laburisti minn fuq il-fjask tal-kampanja ta’ Alfred Sant li tant accerta lil-Laburisti mir-rebha, anzi minn rebha ikbar.

Il-klikka ta’ Alfred Sant ghadha qed thares lejn il-passat ta’ qabel l-1996 flok ‘il quddiem lejn il-hames snin  sas-sena 2003.  Din hi l-ikbar prova ta’ kemm il-klikka ta’ Alfred Sant  hi skaduta u harsitha hi biss lura.

Il-poplu Malti u Ghawdxi warrab lill-klikka  ta’ Alfred Sant li skadiet f’sentejn bi swing ta’ elf vot fix-xahar.  Alfred Sant innifsu tilef 2,000 vot, jigiefieri 11% inqas milli kien gab sentejn ilu.  L-istess tnaqqis ta’ 2,000 vot rah ukoll id-deputy leader George Vella.

Il-Partit Nazzjonlista sostna li din hi l-ikbar prova ta’ l-isfiducja kbira li l-Laburisti wrew fit-tmexxija ta’ Alfred Sant u tal-klikka tieghu.

Il-kabinett il-gdid Nazzjonalista hu maghmul min-nies li jistghu jiggarantixxu lill-pajjiz direzzjoni cara li terga’ tohloq fiducja fina nfusna u f’pajjizna biex il-gid jitkattaru jitqassam tajjeb.

Fi stqarrija id-Dipartiment ta’ l-informazzjoni habbar li fuq struzzjonijiet tal-Ministru tas-Sahha, l-Onorevoli Dr Louis Deguara, il-hlas ta’ 50c fuq ir-ricetta ghall-medicini b’xejn se jitnehha b’effett minn ghada.

Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika javza li wara li saru diversi analizi ta’ l-ilma bahar f’Anchor Bay u f’Tigne, faccata ta’ Tigne Barracks, Sliema, jirrizulta li huwa tajjeb ghall-ghawm.  Ghalhekk l-avviz kontra l-ghawm f’dawn l-areas issa tnehha.

Il-Pubbliku huwa mfakkar li f’marinas, lokalitajiet gol-Portijiet u stajtiet vicin tal-‘outfalls’ tad-drenagg f’Wied Ghammieq, Ras il-Prajjet u Ic-Cumnija f’Malta, Ras il-Hobz, Wied il-Mielah u San Blas f’Ghawdex, ghandhom ukoll jitqiesu bhala mhux tajbin ghall-ghawm.

 Il-General Workeers union dalghodu gharrfet lill-awtoritajiet koncernati li hija ma taccettax u se tirrezisti b’ kull mezz ghad-dispozizzjoni taghha l-ghoti ta’ transfers vendikattivi lill-membri taghha f’ dipartimenti u psotijiet ohra tax-xoghol governattivi, f’ korporazzjonijiet parastatali u f’ kumpaniji li jaqghu that il-kontoll tal-gvern.

Il-GWU ghamlet din it-twissija lill-awtoriatjiet  wara li immedjatament mal-bidla tal-gvern bdew jaslula ghadd ta’ rapporti minghand membri taghha li f’ diversi postijiet tax-xoghol fis-settur pubbliku kien hemm nies li kienu qeghdu\in jigbru l-ismijiet ta’ diversi haddiema u jhedduhom bl-ghoti ta’ transfers. 

Il-GWU waslulha wkoll rapporti li certi impjegati f’ certi postijiet tax-xoghol fis-settur  pubbliku kienu qeghdin jaghmlu pressjonijiet ma’ l-awtoritajiet biex jinghataw postijiet li huma okkupati minn membri tal-union.

Il-Gwu sostniet li dawn l-intimidazzjonijet kienu evidenti hafna fost l-ohrajn, fl-Isptar Monte Carmeli, PBS, u l-koporazzjonijiet Enemalta u fil-kaz ta’ dawn saru twissijiet  lill-awtoritajiet koncernati minn Mario Cutajar, is-segretarju tat-Taqsima Servizzi Pubblici u minn Lino Debono is-segretarju tat-Taqsima Parastatli tal-General Workers Union. 

Il-General Workers Union  ghamlet protesta qawwija dwar dan anke mas-Segretarju Permanenti fl-Ufficju tal-Prim Ministru, li huwa wkoll il-Kap tas-Servizz Pubbliku u gharrfitu bil-pozizzjoni taghha fil-konfront tat-theddid li qieghed isir lill-membri taghha.

Il-General workers union qalet li din is-sitwazzjoni  deskritta bhala wahda ta’ arroganza u vendikazzjonijiet li zvilluppat mal-bidla tal-gvern qeghda tigi segwita mill-qrib mill-amministrazzjoni Centrali tal-GWU flimkien mas-segretarji tat-taqsimiet koncernati, u l-union mhux qeghda teskludi li tirrkorri ghal kull azzjoni li jkun jidrilha xierqa jekk tkompli , u wisq aktar jekk jitwettaq dan it-theddid kontra l-membri taghha.

Ghaldaqstant il-GWU qieghda tgharraf lill-membri taghha biex jekk jigu intimidati minn xi hadd u jekk jinghatw xi avviz ta trasferiment ghandhom jinformaw immedjatament lis-Segretarju tat-taqsima taghhom fi hdan il-Union. 
L-ambaxxatur Germaniz ghal Malta illum ipprezenta personalment lill-Dr Eddie Fenech Adami, ittra ta’ awguri mill-Kanicillier Germaniz Dr Helmut Kohl.
Fl-ittra tieghu, il-kancillier Germaniz, filwaqt li ferah lill-Dr Fenech Adami ghal hatra tieghu mill-gdid bhala Prim Ministru, esprima il-fiducja tieghu li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea issa ser ikkomplu jissahhu.
Dr Fenech Adami ircieva messaggi ohra ta awguri minn diversi kapijiet ta gvern.
Il-prim Ministru Ingliz Tony Blair, filwaqt li ferah lil Dr Fenech Adami ghal hatra tieghu, qal li jkun il-pjacir tieghu li jahdem mal-Gvern Malti sabiex jissahhu ir-relazzjonijiet bejn Malta  u l-Ingilterra kif ukoll ir-relazjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, issa li hemm l-impenn li jergghu jinfethu in-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-prim ministru ircieva messaggi ohra minghand il-Prim Ministru Israeljan, Benjamin Netanyahu, mill-Prim Ministru tal-Qatar, Abdullah Bin Khalifa Althani, mill-Prim Ministru tal-Kuwait, il-princep Saad Alabdullah Alsalim Alsabah, mill-Gran Mastru tal-ordni Sovrana Militari ta’ Malta, Fra Andrew Bertie u mis-segretarju ta’ l-istat ghall-affarijiet barranin u tar-repubblika ta’ San Marino, Gabrielle Gatti.

Il-partit Nazzjonalista ma jistax ma jurix id-disprezz tieghu ghall-attakk li sar fuq il-persuna tas-sur Tarcisio Mifsud, il-kotrollur finanzjarju tal-Korporazzjoni Enemalta.
Din il-Korporazzjoni kienet f’nofs il-kontroversita tal-kontijiet tad-dawl li kienu wkoll kwistjoni ewlenija fl-elezzjoni li ghadha kemm ghaddiet.
Il-partit nazzjonalista  jappella lil kull min ghandu xi informazzjoni li tista’ tghin fil-kaz biex jghaddiha lill-pulizija halli n-nies mhux maghrufa li ghamlu dan l-attakk jinqabdu u jiehdu dak li haqqhom.
Min-naha l-ohra, hadd ma jista’ jaqbez ghal konkluzzjonijiet bikrija dwar min suppost huma n-nies li wettqu dan l-attakk ghar-raguni semplici li dawn in-nies ghadhom mhumiex maghrufa.
Il-partit Nazzjonalista jikkundanna wkoll it-tkissir tal-karozza ta’ l-ex deputat u kandidat tieghu, Dr Joe Cassar.  Barra minn dan, intefghet zebghha mal-faccata ta’ attivist tal-Partit Nazzjonalista f’Hal Lija u ta’ hanut ta’ attivist tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt.
Il-Partit Nazzjonalista jiddeplora wkoll l-attakki li saru fuq karozzi li kienu ghaddejjin minn Triq Dicembru Tlettax lejn il-fosos ghac-celebrazzjoni  tar-rebha u li twaddbilhom gebel minn fuq wiehed mill-pontijiet li hemm fit-triq.
Fil-Marsa wkoll twaddbet zebgha mal-faccata ta’ attivist tal-Partit Nazzjonalista filwaqt  li tkissru l-karozzi ta’ attivist tal-Partit Nazzjonalista li ghenu anzjani u morda jmorru jivvutaw fl-elezzjoni.
Il-partit Nazzjonalista jiddeplora wkoll l-attakki fuq numru ta’ karozzi li kienu pparkjati l-bierah qrib il-Fosos tal-Furjana u li tkissrilhom hgieg u tqattghulhom it-tyres.
Jikkundanna wkoll il-hruq ta’ karozzi qodma li nxtraw minn partitarji Laburisti biex jiccelebraw ir-rebha Laburista imma li qalbuhom u harquhom meta thabbar li l-partit Laburista kien tilef.

Il-gvern il-gdid Nazzjonalista diga’ beda jnehhi l-mizuri bla kuxjenza socjali li kien ha Alfred Sant fit-22 xahar li ghamel imexxi l-pajjiz.
Fost dawn  hemm it-taxxa anti-socjali fuq il-medicini u li tnehhiet  minn ghada fuq struzzjonijiet tal-Ministru tas-sahha, Dr Louis Deguara.
Alfred Sant qabel l-elezzjoni ta’ sentejn ilu kien wieghed li jrahhas il-medicini.  Izda malajr deher car li dan kien ingann tipiku ta’ Alfred Sant ghax, waqt li kien Prim Ministru, Alfred Sant ghamel taxxa ta’ nofs lira fuq il-medicini.
Din it-taxxa laqtet l-iktar lil dawk fil-bzonn kif ukoll lill-anzjani li jiddependu iktar minn haddiehor fuq il-medicini.
Il-mizura tal-gvern il-gdid turi min tassew ghandu kuxjenza socjali, jekk hux il-partit ta’ Alfred Sant li ghamel taxxa fuq wahda mill-iktar affarijiet essenzjali, inkella l-partit Nazzjonalista li ghandu rekord mill-aqwa fil-qasam tas-sahha u fl-ghajnuna lil min ghandu bzonn.
Din il-mizura tal-gvern il-gdid turi l-impenn qawwi li l-partit Nazzjonalista ghandu fil-qasam socjali u li kien nieqes fil-gvern li mexxa Alfred Sant.
 Il-Prim Minstru ta’ Malta Dr. Eddie Fenech Adami llum ta’ bidu fis-sehh ta’ l-Att ta’ l-1996 li jemeda l-Att dwar ir-referendi. Permezz ta’ dan l-Att dwar ir-referendi, il-poplu jkun jistgha jsemma lehnu direttament fit-tmexxija tal-pajjiz billi jinghata d-dritt li jiddeciedi jekk disposzizzjonijiet partikolari ta’ xi ligi ghandhomx jibqghu fis-sehh.

L-emenda li bdiet issehh mill-lum tippermetti kull individwu, jew grupp ta’ individwi, illi direttament jiehdu inizjattiva u jitolbu l-Parlament biex ihassar xi disposizzjonijiet legali partikolari.

Dan jistgha jkun attwat billi tkun prezentata dikjarazzjoni lill-kummissjoni elettorali ffirmata minn mhux anqas minn ghaxra fil-mija ta’ l-elettorat. Wara li d-dikjarazzjoni tkun validata mil-Kummissjoni Elettorali, il-Qorti Kostituzzjonali titlob lill-President ta’ Malta biex jiffissa data ghal referendum fi zmien sitt xhur. Imbaghad isir referendum li fih il-poplu jkun mitlub jghid jekk jaqbel jew ma jaqbilx ghat-tnehhija tal-legislazzjoni in kwestjoni. Jekk hamsin fil-mija u wiehed ta’ dawk intitolati biex jivvotaw jaqblu mal-proposta, id-disposizzjoni legali in kwistjoni ma tibqax fis-sehh.

Din l-emenda tipprovdi ghat-tnehhija ta’ kull Att tal-Parlament hlief certi atti specifikati fl-Att dwar ir-referendi.