Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
5th October 
Illum it-Tnejn 5 ta` Ottubru il-GWU ghalqet il-55 sena mit-twaqqif taghha. Fil-fatt il-GWU twaqqfet fl-1943. 

Il-GWU hija l-akbar Union tal-haddiema f`Malta u f`Jannar li gej mistennija li jkollha tibdil iehor fit-tmexxija taghha. 

Il-President il-Gdid mistenni jkun James Pearsall u Salvu Sammut bhala vici-President, Jack Calamatta mistenni jcedi l-kariga ta` Segretarju Generali f`idejn Tony Zarb. Michael Parnis bhala Deputat Segretarju Generali Internazzjonali u Mario Cutajar ser ikun id-Deputat Segretarju Generali tat-Taqsimiet. 

L-Editorjal tal-Gurnal l-Orizzont illum iddedikat ghal Jum il-GWU spjega kif mhux facli tkun taghmel parti mit-tmexxija ta` l-akbar union fi kliem dan l-editorjal intqal li r-responsabbilta` tmur ferm aktar il boghod minn dmir biss lejn il-membri. 

Jack Calamatta is-Segretarju Generali prezenti min-naha tieghu qal li l-mexxejja l-godda tal-GWU huma mimlijin determinazzjoni u esperjienza wara snin jitharrgu minn surmastrijiet trejdunjonistici ta` qabilhom. Il-5 ta` Ottubru ta` din is-sena barra li jfakkar it-twaqqif tal-GWU qed ifakkar ukoll li bhal fl-imghoddi din l-akbar Union f`Malta se tibqa tkun militanti sabiex tiddefendi l-interessi u d-drittijiet tal-membri taghha.