Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
5th October 
L-Ghaqda Haddiema Zghazagh tal-GWU tixtieq tifrah u tawgura kull success lill-ufficjali ta` l-Amministrazzjoni Centrali l-gdida tal-Union li se jiehdu f`idejhom it-tmexxija tal-Union.

Fl-istess waqt l-Ghaqda Haddiema Zghazagh tixtieq ukoll li pubblikament tirringrazzja lill-Ufficjali ta` l-Amministrazzjoni Centrali prezenti li se jirtiraw bl-eta mill-karigi taghhom ghas-servizz siewi u effettiv li huma taw tul medda twila ta` snin lill-GWU u lill-membri kollha taghha.

L-Ghaqda tistqarr li hija tinsab aktar minn certa li l-Amministrazzjoni l-gdida se tkompli tahdem ghat-twettiq tal-gustizzja socjali f`pajjizna.

Finalment l-Ghaqda thoss li ghandha tesprimi s-sodisfazzjon kbir taghha ghall-fatt li tlieta mill-ufficjali ta` l-Amministrazzjoni l-gdida huma ex-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ta` l-istess Ghaqda Haddiema Zghazagh tal-GWU.