![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 5th October |
| F`Jum l-Ghalliema il-Partit
Laburista jixtieq isellem u jirringrazzja lill-ghalliema ghad-dedikazzjoni
u l-impenn taghhom favur l-edukazzjoni tat-Tfal u z-Zghazagh taghna. Il-Partit
Laburista fi stqarrija mahruga minn Evarist Bartolo jirringrazzja ukoll
lil dawk l-ghalliema li rtiraw fis-snin li ghaddew u bhalissa qed igawdu
l-mistrieh taghhom wara snin ta` hidma.
Il-Partit Laburista jemmen li l-ghalliema ghandu jkollhom sehem shih fit-tfassil ta` l-inizjattivi edukattivi f`pajjizna. L-Ahjar skejjel skond Evarist Bartolo huma dawk fejn l-ghalliema huma stmati tajjeb mill-kapijiet u mill-awtoritajiet edukattivi u fejn l-ghalliema ghandhom relazzjonijiet tajbin mal-genituri u l-istudenti. Il-Partit Laburista jemmen li l-gvern ghandu jinvesti kemm jiflah fil-formazzjoni professjonali kontinwa ta` l-ghalliema biex ikunu jistghu jibqghu jaggornaw irwiehhom fil-bidliet li jridu jibqghu jsehhu fl-edukazzjoni f`pajjizna jekk irridu nippreparaw tajjeb lit-tfal u liz-zaghzagh ghas-seklu 21. Fl-istqarrija l-Partit Laburista jirringrazzja wkoll lil dawk l-edukaturi kollha li minbarra li huma dedikati u ezemplari waqt ix-xoghol taghhom, jimpenjaw irwiehhom wara l-hin f`hidma volontarja f`ghaqdiet socjali, sportivi, kulturali u religjuzi ghall-gid tat-tfal u z-zghazagh Maltin u Ghawdxin. |