Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
5th October 
Fid-dawl ta` l-incident fatali fuq haddiem Taljan f`Ta Qali nhar il-Hamis li ghadda l-Kamra ta` Inginiera Professjonali fi stqarrija qalet li jekk min jimpjiega ma jkunx obbligat li perjiodikament jissottometti certifikati li jikkonfermaw mar-regolamenti u l-Kodici tal-Prattika, allura dawn id-dokumenti ma` jkollhomx effett.

Il-Kamra tfassal ukoll rakkomandazzjonijiet lid-direttur tat-traffiku biex jaghraf ic-certifikati mahruga minn inginiera professjonali biss. Rakkomandazzjonijiet ohra tal-Kamra ta` l-Inginiera Professjonali hi li l-Ministeru ressponsabbli jwaqqaf Segretarjat ta` l-Inginierija biex jaccellera l-adozzjoni tar-regolamenti ta` l-inginiera. Id-direttur tax-xoghol imbaghad ghandu jinsisti li jkun hemm dikjarazzjoni ta` konformita li l-makkinarju hu tajjeb ghall-uzu, liema dikjarazzjoni ghandha tkun sottomessa darba fis-sena.

Il-Kamra fl-istqarrija sostni li l-Agenzija ghat-Tahrig ta` l-Impjiegi ghandha twaqqaf sistema ta` licenzjar ghas-sewwieqa u l-operaturi tal-Cranes biex tassigura uzu tajjeb taghhom, bl-istess metodu ghandu jopera fil-kuntest ta` Load Slingers, ghan-nies li jidderiegu l-operaturi tal-Cranes kif ukoll ghal dawk li jaghmlu manutenzjoni u jsewwu hsarat fuq il-Cranes.

Il-Kamra sahqet ukoll li tkun modifikata l-ligi tas-Sahha u s-Sigurta fuq il-post tax-Xoghol biex tinkludi rapprezentant tal-Kamra u kwalunkwe assocjazzjoni ohra li l-membri taghha johorgu certifikati relatati mas-sahha u s-sigurta. Kopja ta` l-Istqarrija tal-Kamra ta` L-inginiera Professjonali intbaghtet lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, lill-Ministru ghas-Sigurta Socjali Lawrence Gonzi lill-Ministri Francis Zammit Dimech u Censu Galea.