Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
2nd October 
B`reazzjoni ghar-rapport mahrug mill-Ombudsman rigward ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-isptar Monte Carmeli, l-MUMN ma` tistghax ma` tesprimix id-dizappunt taghha u s-sorpriza li f`dan ir-rapport inghatat l-impressjoni li l-Unions qed ifixklu fit-tmexxija ta` l-isptar u sahansitra qed jimponu l-ideat taghhom ma` l-awtoritajiet ta` l-isptar. Il-preokkupazzjoni tal-Union tkompli tizdied anke fl-operat tal-Ombudsman meta dan lanqas biss kellu id-dicenza ikellem lill-Unions koncernati qabel ma` ippubblika dan ir-rapport. L-MUMN thoss li l-Ombudsman ma` jirrispettax ir-rwol ta` Trade Union f`pajjiz demokratiku. L-MUMN issostni li l-azzjonijiet u d-decizjonijiet li hadet dejjem zammet f`mohha l-interess tal-pazjent izda minn naha l-ohra hadd m`ghandu jipprova jfixkel jew jitfa dell ikrah fuq il-Unions jekk dawn jezercitaw id-drittijiet fundamentali taghhom u mghotija lilhom bil-ligi industrijali. 

l-MUMN fil-fatt kienet ilha tattendi sensiela ta` laqghat ma` l-awtoritajiet tas-Sahha sabiex propju jsir l-ezercizzju bzonnjuz sabiex ikun hemm deployment serju u dawn id-diskussjonijiet kienu waqfu hesrem minn naha tad-Dipartiment u mhux mill-Union. L-MUMN lesta li tkompli tiehu sehem f`dawn it-tahdidiet sabiex flimkien noffru l-ahjar kura ghall-pazjienti taghna minghajr ma` jitnaqqru il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema.