![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 2nd October |
| MLP – Charles Mangion
Stqarrija tal-Partit Laburista
mahruga minn Charles Mangion taghmel referenza ghall-istqarrijiet maghmula
mill-Ministru Francis Zammit Dimech dwar il-Progett ta` `Manoel Island`.
Mill-istess kliem tal-Ministru
Zammit Dimech jidher illi l-problema ghall-gvern Nazzjonalista hija r-riallokazzjoni
tar-residenti u l-industriji zghar li jokkupaw Manoel Island u Tigne.
Fl-istqarrija Charles Mangion zied jghid li minn kliem il-Ministru jidher car li partijiet differenti mill-istess siti se jinghataw b`titolu differenti. Dan huwa dak li precizament kien miftiehem minn Gvern Laburista. Dak li kien ta` valur storiku ma` kienx se jinghata b`cens perpetwu izda b`cens temporanju bl-obbligi tal-Konsorzju li jirrestawrah u jkompli jaghtih manutenzjoni kontinwa b`access shih lill-pubbliku. Fir-rigward ta` siti residenzjali u kummercjali l-Konsorzju kellu jinghata titolu ahjar l-istess haga qal Mangion li jidher li wieghed il-Ministru Zammit Dimech ricentament lill-Konsorzju. |