Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
2nd October 
 “Il-pubbliku Ghawdxi jgawdi minn tmexxija serja u gusta, tmexxija illi  tahseb biex hadd ma jibqa’ lura.  Din hija r-responsabilta’ tal-ministru ghal Ghawdex u li trid titwettaq bil-koperazzjoni tad-dipartiment  u korporazzjonijiet li joffru s-servizzi taghhom f’Ghawdex”.

Dan qalitu l-ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono meta indirizzat madwar sebghin ufficjal li jmexxu l-ferghat tad-dipartiment tal-gvern u korporazzjonijiet f’Ghawdex.

Il-ministru Debono qalet li hija ghandha fiducja shiha fl-ufficjali li jmexxu d-diversi taqsimiet tad-dipartimenti u korporazzjonijiet f’Ghawdex.  Hija appellat biex ikunu dawn l-ufficjali stess li jaghtu ezempju lill- impjegati li jaqghu taht ir-responsabbilta’ taghhom u biex ir-responsabilta’ afdata lilhom jerfghuha b’determinazzjoni filwaqt li jkunu sodi biex jiehdu decizjonijiet gusti.

Il-ministru qalet li fis-settur pubbliku ghandu jkun hemm dixxiplina, mhux dixxiplina li toqtol l-inizjattiva, izda dixxiplina li tisgura li jinghata l-ahjar servizz lill-pubbliku.  Hija appellat biex il-kwalita’ tax-xoghol ta’ l-impjegati tkun l-ahjar li tista’ tinghata lill-pubbliku Ghawdxi.

Fil-granet li gejjin il-Ministru ser tibda’ zjarat fl-ufficini kollha tal-gvern u tal-korpi parastatali f’Ghawdex biex tiltaqa’ mal-haddiema u tiddiskuti l-bzonnijiet tad-dipartimenti rispettivi.

Il-laqgha giet indirizzata wkoll mis-sur Frank Psaila, segretarju permanti fil-ministeru ghal Ghawdex.

 Minn Jannar li gej il-Genereal Workers Union ser ikollha texxija gdida. Dan wara li l-bierah  gew approvati, James Pearsall – bhala president, Tony Zarb bhala Segretarju Generali u Micheal Parnis inhatar bhala Deputat Segretarju Generali. F’ dawn il-karigi ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni. L-unika kariga li kienet kontestat kienet dik ta’ Deputat Segretarju Generali (Taqsimiet). L-elezzjoni kienet bejn Anthony Coleiro u Mario Cutajar. Fil-fatt f’ din l-elezzjoni gie elett Mario Cutjajar. 

Tony Zarb f’ diskors li ghamel sostna li kullhadd ghandu jkun cert li l-General Workers Union ser isibuha militanti favur il-membri solidali mal-haddiema kollha li ma jistghux jissiehbu fil-union jew inkella qed jigu terrorizzati mis-sidien biex ma jissiehbux. 

Tony Zarb stieden lis-segretarji tat-taqsimiet kollha tal-GWU jinghaqdu mal-bqija ta’ l-ufficjali ta’ l-amministrazzjoni fuq il-palk. Huwa sahaq dwar l-ghaqda, is-sincerita u l-onesta. 

Jack Calamatta li huwa s-segretarju generali attwali ser jibqa fil-kariga sa’Jannar, sostna li t-tmexxija il-gdida ta’ l-Genreal Workers Union ghaddiet mill-ezami tan-nar.
  
L-ufficjali il-godda ser jiehdu il-postijiet taghhom fil-bidu ta Jannar.