Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
2nd October 
It-tahwid u l-loghob bil-kliem minn naha tal-partit Nazzjonalista rigward it-thaffir taz-zejt lahaq livell fejn issa l-prim ministru Eddie Fenech Adami spicca mgiddeb mis-segretarju informazzjoni nazzjonalista, Mario Galea.

Fi stqarrija li hareg Mario Galea  qal li l-mertu tat-thaffir taz-zejt f’Ghawdex huwa tal-partit Nazzjonalista u mhux tal-gvern laburista.  Dikjarazzjoni li ghamel Eddie Fenech Adami nnifsu inqas minn sena ilu  tgiddeb lil Mario Galea ghax f’Novembru 1997 il-kap Nazzjonalista ddikjara li l-partit nazzjonalista fil-gvern dejjem irrezista li jsir thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex ghal ragunijiet ambjentali.  Huwa stramb ghalhekk kif fl-istess hin li Fenech Adami jghid li dejjem irrezista t-thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex, il-partit nazzjonalista hareg jghid li t-thaffir huwa mertu tieghu.

Il-kwistjoni tat-thaffir taz-zejt f’Ghawdex tikxef l-ingann ta’ Eddie Fenech Adami u tal-partit Nazzjonalista.  Eddie Fenech Adami u l-partit nazzjonalista ta’ wara l-elezzjoni saru jgiddbu lil Eddie Fenech Adami u lill-partit nazzonalista ta’ qabel l-elezzjoni kull meta jifthu halqhom dwar it-thaffir ghaz-zejt.

Il-verita hija li minkejja li fil-kampanja elettorali Eddie Fenech Adami qal li f’Ghawdex ma hemmx zejt u li kienet qed issir pressjoni fuq min kien qed jaghmel it-thaffir, illum l-istess Fenech Adami ordna li t-thaffir jinzel aktar fil-fond u issa qed jghid li hemm indikazzjoni li jinstab iz-zejt.  

Kif kienu jaghmlu qabel l-1996, Eddie Fenech Adami qed jimxu fuq politika ta’ ingann u habi tal-verita.  Il-loghob bil-kliem dwar it-thaffir taz-zejt jikkonferma dan.
Il-partit Laburista qieghed jipprova jiehu l-mertu tat-tiftix ghaz-zejt li qed isir f’Ghawdex u li kien thejja minn Gvern Nazzjonalista li kien ukoll gab il-flus ghalih fil-protokoll mal-Gvern Taljan.

Il-fatti dwar it-tiftix taz-zejt f’Kercem huma li dan il-post ilu li gie identifikat ghaxar snin sa mill-1999, fi zmien gvern nazzjonalista.  Fil-fatt l-ewwel bir kien thaffer tliet snin wara, fl-1991 u kien issemma ”Kercem 1 “.

Fis-snin bejn l-1992 u l-1994 harget  iktar informazzjoni ghax gvern nazzjonalista kien qabbad lill-kumpanija Amoco taghmel studju dwar l-istruttura ta’ l-art qrib Ghawdex meta l-istess kumpanija kienet qed tfittex ghaz-zejt fil-bahar qrib Ghawdex.
Fil-fatt, il-gvern nazzjonalista kien gab espert tal-Commonwealth biex jaghtih parir dwar din l-informazzjoni gdida u dan l-espert kien irrakkomanda li jithaffer bir iehor f’Kercem.

Biex ikun jista’ jithaffer dan il-bir, il-gvern nazzjonalista kien talab lill-gvern taljan ihallas ghat-tiftix permezz tal-protokoll li hemm mal-gvern taljan.  Fil-fatt, it-tiftix li qed isir bhallisa qed jithallas minn dan il-protokoll skond it-talba li kien ghamel Gvern Nazzjonalista.

Matul il-kampanja elettorali, il-partit Laburista ipprova jinqeda wkoll b’dan it-tiftix minkejja li waqt   il-kampanja elettorali it-tiftix ken ghadu ma nizilx ‘l isfel bizzzejjed biex wiehed ikun jaf tajjeb jekk tassew hemmx zejt jew le.

Barra minn dan, din mhix l-ewwel darba li nstabu xi tracci ta’ zejt.  Izda tracci bhal dawn la jfissru li hemm iz-zejt u lanqas li jkun zejt fi kwantitajiet bizzejjed biex jaghmel sens li ttellghu.  Jekk hemmx zejt fi kwantitajiet bizzejjed ghad irid ikun maghruf meta t-thaffir jinzel sal livell ferm iktar ‘l isfel minn dak li kien wasal fih qabel l-elezzjoni.

Il-partit nazzjonalista jawgura li t-tiftix li qed isir bhallisa jkun ta’ success.  Jekk dan isehh, ikun frott il-hidma li beda gvern nazzjonalista sa minn ghaxar snin ilu u li ghaliha gab ukoll il-finanzjament mill-gvern taljan.