Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
2nd October 
Meta gie ppubblikat rapport mill-Ombudsman dwar l-Isptar Monte Carmeli johrog li aktar minn nofs ir-residenti ta’ l-Isptar Monte Carmeli  ikunu hemm minhabba li m’ghandhomx problemi mentali serji u jistghu facilment jghixu fil-komunita.

L-Ombudsman sostna li bejn 50% u 60% tar-residenti fl-Isptar Monte Carmeli m’ghandhomx ghalfejn jibqghu jghixu hemm, izda minhabba jkollhomx familjari, jkollhom jibqghu fl-Isptar Monte Carmeli.

Joseph Sammut qal li dan ir-rapport dar fuq inizjattiva tieghu stess u fil-fatt tlesta fit-tnax ta’ awissu 1998, izda minhabba li kienet bdiet il-kampanja elettorali hass li ma kellux jippubblikah dak iz-zmien.

Minhabba li l-Parlament ghadu mhux jiltaq l-Ombudsman qal li r-rapport qed jipprezentah lill-Media. Huwa fisser li hafna drabi dawn in-nies bi problemi mentali huma vulnerabbli hafna u xi darba anke minsijin u ghallhekk xtaq li permezz tar-rapport iqajjem kuxjenza akbar fost l-pubbliku dwar il-htigijiet taghhom.

L-Ombudsman sostna li fl-Isptar Monte Carmeli hemm hafna affarijiet pozitivi izda hemm ukoll affarijiet li jistghu jitrangaw.

Semmgha il-fatt li l-maggoranza ta’ l-istaff fil-livelli kolha huma dedikati u sensittivi ghal-htigijiet tal-pazjenti. 

Ir-Rapport jirrakomanda diversi mizuri fosthom  l-eghluq ta’ Ward 10 kemm tan-nisa kif ukoll ta’ l-Irgiel u dan irid jinghata prijorita. Dawk il-pazjenti li jkunu riferuti fl-Isptar Monte Carmeli, mill-awtoritajiet tal-Habs jew mill-Qrati ghandhom ikunu separati minn pazjenti ohra.

L-ombudsman semma il-htiega li jkun hemm aktar half way houses fil-komnuutia biex dawk irr-esidenti ta’ Monte Carmeli li m’ghandhomx ghafejn jibqghu hemm, ikollhom post qrib aktar tas-socjeta. Appella biex l-infirmiera li jahdmu f’ dan il-post ikunu hemm mhux ghax jintbaghtu bhala kastig, izda jridu jkunu dedikati lejn ix-xoghol.